Libertà t’Informazzjoni

Deskrizzjoni tal-Istruttura tal-Aġenzija

L-Aġenzija hija Aġenzija tal-Gvern imwaqqfa permezz tal-Ordni dwar it-Twaqqif tal-Aġenzija Community Malta (L.S. 595.38), u taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Onor. Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi, u l-Ugwaljanza.

L-Aġenzija hija mmexxija minn Kap Uffiċjal Eżekuttiv li huwa responsabbli għall-ġestjoni, t-twettiq, il-funzjonijiet, u d-dmirijiet tal-Aġenzija, u li jgħaddi s-sejbiet tiegħu lill-Ministru responsabbli għaċ-ċittadinanza dwar l-applikazzjonijiet ippreżentati, wara li jsiru l-verifiki kollha tad-diliġenza dovuta.

L-Aġenzija hija diretta minn Bord tad-Diretturi maħtur mill-Ministru responsabbli għaċ-ċittadinanza, magħmul minn ħames (5) Diretturi, li wieħed (1) minnhom huwa l-President tal-Bord. Il-membri tal-Bord iżommu l-kariga tagħhom għal perjodu li ma jaqbiżx it-tliet (3) snin. Persuna (1) oħra tinħatar mill-Ministru responsabbli għaċ-ċittadinanza biex taġixxi bħala Segretarju tal-Bord.

Deskrizzjoni tal-funzjonijiet u r-responsabiltajiet tal-Aġenzija

Kif deskritt taħt l-Ordni dwar it-Twaqqif tal-Aġenzija Community Malta (L.S. 595.38), l-Aġenzija twaqqfet biex twettaq funzjonijiet u dmirijiet tal-amministrazzjoni pubblika biex:

(a) taministra l-proċess tal-applikazzjonijiet għall-għoti taċ-ċittadinanza skont l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija u r-regolamenti maħruġa skont l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija;

(b) tagħti parir lill-Ministru responsabbli miċ-ċittadinanza dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-funzjonijiet tal-Aġenzija; u

(ċ) twettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra kollha li huma anċillari, inċidentali jew konsegwenzjali għall-kwistjonijiet stipulati taħt Artikolu 3 tal-L.S. 595.38, kif il-Ministru responsabbli miċ-ċittadinanza jista’minn żmien għal żmien jiddetermina.

Dan kollu f’koperazzjoni m’aġenziji oħrajn tal-Gvern fil-kwistjonijiet kollha relatati maċ-ċittadinanza.

Deskrizzjoni ġenerali tal-kategoriji ta’dokumenti li għandha l-Aġenzija (inklużi dokumenti eżentati)

  • Applikanti:
    – Rekords Personali miġburin f’Formoli t’Applikazzjoni, Mudelli, Dikjarazzjonijiet, Dokumentazzjoni Supplementari, eċċ. f’forma Oriġinali jew Kopja Ċċertifikata Vera;
    – Rapporti Interni u Esterni ta’ Diliġenza Dovuta;
  • Amministrazzjoni:
    – Operazzjonijiet;
    – Statistika;
    – Memos/Ċirkularijiet/Politiki;
    – Mistoqsijiet Parlamentari;
    – Memorandum ta’ Qbil;
  • Kontabilità u Finanzi:
    – Akkwisti;
    – Files t’Akkwisti (Offerti u Kwotazzjonijiet);
    – Kuntratti t’Akkwist;
    Data Statistika Prestazzjonali;
    Data Statistika Finanzjarja;
    – Rekords tal-Kontabilità (Ordnijiet t’Akkwist, Fatturi, eċċ.);
    – Files Bankarji u tal-Kontabilità;
  • Impjegati:
    – Rekords Personali;
    – Rekords ta’ Taħriġ;

Deskrizzjoni tal-manwali kollha u tipi simili ta’ dokumenti li fihom politiki, prinċipji, regoli, jew linji gwida li skonthom jittieħdu deċiżjonijiet jew isiru rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta’ membri tal-pubbliku (inklużi korpi korporattivi u impjegati tal-awtorità pubblika fil-kapaċità personali tagħhom)

Dikjarazzjoni tal-informazzjoni li teħtieġ li tkun disponibbli għall-membri tal-pubbliku li jixtiequ jiksbu aċċess għal dokumenti uffiċjali mill-awtorità pubblika, liema dikjarazzjoni għandha tinkludi dettalji tal-uffiċjal jew uffiċjali li lilhom għandhom jintbagħtu talbiet għal tali aċċess

L-uffiċjali tal-Aġenzija inkarigati mil-Libertà tal-Informazzjoni jistgħu jiġu kkuntattati bit-telefon fuq +356 2122 5232. Talbiet tal-Libertà tal-Informazzjoni jistgħu jiġu sottomessi permezz t’e-mail fuq foi.akm@komunita.gov.mt, permezz tal-portal tal-Libertà tal-Informazzjoni www.foi.gov.mt, permezz tal-e-ID jew permezz tal-formola online.

Decorative Image

Dettalji dwar il-Proċedura Interna għall-Ilmenti

Applikant li t-talba tiegħu ma tkunx ġiet milqugħa, jew li ma jkunx sodisfatt bl-informazzjoni pprovduta, bil-format li bih ġiet ipprovduta jew l-estensjoni tad-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tan-notifika li tindika jekk talba tkunx milqugħa jew le, jista’ jressaq ilment lill-Aġenzija. L-ilmenti jistgħu jiġu sottomessi lill-Aġenzija permezz t’e-mail fuq foi.akm@komunita.gov.mt, permezz tal-portal tal-Libertà tal-Informazzjoni www.foi.gov.mt permezz tal-e-ID jew permezz tal-formola online. L-ilment għandu jkun indirizzat lill-uffiċjal tal-Aġenzija inkarigat mil-Libertà tal-Informazzjoni, li għandu jressaq l-ilment lill-uffiċjal responsabbli.

L-uffiċjal responsabbli għandu jwieġeb lill-applikant fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi l-ilment. L-applikant għandu jkun infurmat ukoll li j/tista’ j/tappella d-deċiżjoni jew inkella jindirizza lment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496) tal-Liġijiet ta’ Malta u l-Leġislazzjoni Sussidjarja tagħha. L-uffiċjal responsabbli għandu jinforma lill-applikant bid-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-ilment tiegħu/tagħha, u fil-każ ta’ konferma ta’ deċiżjoni li ma tinħariġx l-informazzjoni pertinenti, għandu jispjega r-raġunijiet tagħha.

Kull meta l-ilment tal-applikant huwa relatat mal-format tal-informazzjoni pprovduta jew m’estensjoni tad-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tan-notifika li tindika jekk talba tkunx milqugħa jew le mill-Aġenzija u d-deċiżjoni oriġinali tkun ikkonfermata, l-applikant irid jingħata spjegazzjoni għaliex l-ilment tiegħu/tagħha ma jistax jiġi indirizzat fil-pożittiv. Applikant jista’ wkoll jagħmel użu mill-Proċedura t’Ilmenti Interna biex jirrapporta nuqqas li jiġu rrispettati d-dati ta’ skadenza jew li jintbagħtu n-notifiki. F’dawk il-każijiet fejn it-talba għall-informazzjoni tista’ tintlaqa’ iżda ma tiġix ipproċessata fl-iskadenzi speċifikati mill-Att, l-uffiċjal responsabbli għandu jirrinunzja milli jitlob kwalunkwe miżata applikabbli għas-sottomissjoni t’informazzjoni.

Dettalji ta’ Kuntatt tal-Awtorità Pubblika

Indirizz:
Aġenzija Komunità Malta
Dar il-Mediterran għall-Konferenzi,
Triq l-Isptar l-Antik, Il-Belt Valletta, Malta. VLT 1645
T: + 356 2122 5232 E: info@komunita.gov.mt

Komunikazzjonijiet barra l-ħinijiet tal-ftuħ jiġu mwieġba matul il-ġurnata/ġranet xogħol sussegwenti.

Informazzjoni oħra

Ċekkijiet iridu jiġu indirizzati lil:
Aġenzija Komunità Malta

Ħinijiet tal-Ftuħ (Għoti taċ-Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali):
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 08:00 – 15:00

Ħinijiet tal-Ftuħ (Ċittadinanza):
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 08:00 – 15:00
Kull nhar t’Erbgħa, magħlquin