Avviż ta’ Rilokazzjoni tal-Uffiċċju

18/05/2021 | Avviżi

L-uffiċċju tal-Unità taċ-Ċittadinanza li jinsab f’Evans Building, Triq il-Merkanti, Pjazza Sant’ Iermu, il-Belt Valletta ser jieqaf jopera minn dan l-indirizz nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Mejju 2021. L-Unità tkompli topera nhar it-Tnejn 24 ta’ Mejju 2021 mill-uffiċċju l-ġdid li jinsab f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Triq l-Isptar l-Antik, il-Belt Valletta, VLT 1645.

Jekk jogħġbok annota li b’effett mill-24 ta’ Mejju 2021, id-dettalji l-ġodda biex tikkuntattja lill-Unità se jkunu kif ġej:

Email: citizenship@gov.mt
Telefon: +356 2122 5232
Indirizz: Aġenzija Komunità Malta, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Triq l-Isptar l-Antik, il-Belt Valletta, Malta. VLT 1645.