Il-Gvern ta’ Malta jinnota l-Ittra Addizzjonali ta’ Avviż Formali mill-Kummissjoni Ewropea

9/06/2021 | Uncategorized

Stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet

Il-Gvern Malti jinnota l-Ittra Addizzjonali ta’ Avviż Formali mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-inizjattiva taċ-ċittadinanza Maltija b’investiment. Il-gvern itenni bis-sħiħ li ċ-ċittadinanza hija kompetenza nazzjonali tal-istat membru individwali u għandha tibqa’ hekk.

Minkejja dan, il-gvern se janalizza l-kontenut tal-korrispondenza li rċieva u huwa lest li jkompli jieħu sehem fi djalogu kostruttiv mal-Kummissjoni Ewropea. Osservazzjonijiet jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea fiż-żmien li ġej.

PR211101