Donazzjoni ta’ Rigali bi Mħabba

Aġenzija Komunità Malta għamlet donazzjoni ta’ numru ta’ ġugarelli biex hi wkoll tat sehemha għall-inizjattiva Rigal bi Mħabba – Milied għat-Tfal Kollha, imnedija minn Dr Lydia Abela aktar kmieni dan ix-xahar.
Dawn ir-rigali nxtraw minn fondi li l-Aġenzija tirċievi minn kontribuzzjonijiet relatati mal-akkwist taċ-ċittadinaza għal servizzi eċċezzjonali permez t’investiment dirett.