Belt Kapitali

Il-Belt Valletta

Kap tal-Istat

George Vella

Reliġjon

Maġġoranza Kattolika Romana

Popolazzjoni

Kap tal-Gvern

Robert Abela

Munita

L-Ewro

Medda t’Art

%

Tkabbir tal-PDG

Klassifikazzjoni
tal-Kreditu


Creditreform Rating A+ (stabbli)
DBRS A (għoli) (stabbli)
Fitch Ratings A+ (stabbli)
Moody’s A2 (stabbli)
Standard & Poor’s A-/A-2 (stabbli)

%

Rata tal-Qgħad

Decorative Image

Storja Unika

Malta hija mikrostat li jterraq fil-futur waqt li ma jinsiex l-għeruq tat-tradizzjonijiet li sawruh, bi storja kbira t’influwenza soċjali u ta’ kummerċ li ratha tiżviluppa minn ċiviltà bikrija fil-5,000 Q.K. biex isir fortizza strateġika taħt ir-Rumani, l-Għarab, in-Normanni, il-Franċiżi, il-Kavallieri ta’ San Ġwann, l-Ingliżi, biex fl-aħħar sar Stat Indipendenti. L-influwenza dejjiema tal-mexxejja barranin ħalliet lil Malta b’wirt għani, li tinkludi l-belt kapitali tal-Belt Valletta li minbarra li kisbet l-istatus ta’ wirt dinji tal-UNESCO fl-1980, inħatret ukoll il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018.

Il-pajjiż għandu bokka b’ħafna teżori arkitettoniċi li jmorru lura sekli, mit-Tempji tal-Ġgantija t’Għawdex sar-Rotunda tal-Mosta; mill-isqaqien medjevali taċ-Ċittadella għall-isbuħija barokka tal-Imdina; mill-istil klassiku seklu 18 tal-Barrakka ta’ Fuq sal-ġeometrija ispiranti tal-bini tal-Parlament il-Ġdid, kif iddisinjat minn Renzo Piano.

Decorative Image
Decorative Image

Investiment f’Malta

Fid-dinja tan-negozju u l-kummerċ, dan l-iżgħar Stat Membru tal-UE jispikka għas-suċċess li kellu biex jissupera t-taqlib globali u jsir wieħed mill-aktar ekonomiji Ewropej li kibru malajr. Fil-fatt, ir-reputazzjoni dejjem tikber ta’ Malta bħala wieħed mill-aqwa pajjiżi biex tinnegozja miegħu ġejja mir-reġim kompetittiv tat-taxxa u s-sistema legali elaborata, apparti li għandha spejjeż operattivi baxxi, kif ukoll ħaddiema ta’ ħila kbira u versatili li jikkomunikaw b’Ingliż profiċjenti.

Madanakollu, il-prestazzjoni robusta tal-ekonomija Maltija tista’ tiġi attribwita wkoll għall-pożizzjoni tal-Gvern ta’ Malta favur in-negozji li dejjem tfittex li trawwem aktar kundizzjonijiet favorevoli biex tattira investiment dirett barrani lejn xtutha.

Matul l-aħħar deċennji, l-ekonomija Maltija, sostnuta bil-leġislazzjoni, iddiversifikat qatigħ fl-industrija tal-manifattura u tas-servizzi ta’ livell għoli, u stabbiliet ruħha bħala ġurisdizzjoni finanzjarja solida, destinazzjoni turistika popolari u ċentru għall-industriji tal-informatika u l-komunikazzjoni, tal-blockchain u tal-gaming. Żgur li l-miżuri tal-gvern favur it-tkabbir, flimkien mal-politika fiskali solida, issarfu f’ekonomija b’saħħitha li mistennija tibqa’ ‘l fuq mill-medja Ewropea f’termini ta’ tkabbir billi tiżgura l-bilanċ pożittiv tal-finanzi pubbliċi u r-rata ta’ qgħad baxxa.

Il-pożizzjoni ta’ Malta fix-xena internazzjonali hija waħda li tara lil dan-nazzjon ċkejken imfittex għall-pożizzjoni ġeografika u kulturali tiegħu, li jservi ta’ pont li jgħaqqad l-Ewropa mal-kontinenti l-oħra, partikolarment id-dinja Għarbija u l-Magreb.

Decorative Image
Decorative Image