Ikkuntattjana
Għal mistoqsijiet dwar ċertifikati taċ-ċittadinanza; akkwist taċ-ċittadinanza bi twelid, b’reġistrazzjoni, b’naturalizzazzjoni, ċittadinanza doppja/multipla; jew rinunzja taċ-ċittadinanza, ibagħtilna fuq citizenship@gov.mt jew ċemplilna fuq +356 2122 5232.
Għal mistoqsijiet dwar Naturalizzazzjoni għal Servizzi Eċċezzjonali permezz t’Investiment Dirett, ibagħtilna fuq info@komunita.gov.mt jew ċemplilna fuq +356 2122 5232.
Żvelar Protett
Kif stipulat taħt Artikolu 29 tar-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali (L.S. 188.06), kull persuna tista’ tagħmel żvelar protett lill-Aġenzija Komunità Malta (l-Aġenzija):
Iżda żvelar jitqies li huwa żvelar protett jekk isir in bona fide, jekk il-persuna li tagħmel l-iżvelar raġonevolment temmen, filwaqt li tagħmel l-iżvelar ibbażat fuq l-informazzjoni li għandha f’dak il-mument, li l-informazzjoni żvelata u kwalunkwe allegazzjoni li tinsab fiha jkunu sostanzjalment veri u li l-informazzjoni divulgata għandha t-tendenza li turi prattika mhux xierqa minn applikant prinċipali jew minn kwalunkwe dipendenti u l-iżvelar ma jsirx għal skopijiet ta’ qligħ personali:
Iżda wkoll, l-iżvelar għandu isir fuq bażi ta’ tixħim, atti ta’ korruzzjoni u atti mhux xierqa t’applikant prinċipali jew ta’ dipendenti.
Għal dat-tip ta’ żvelar protett taħt dan l-Artikolu, l-informazzjoni miksuba tista’ tibgħathielna fuq protected.disclosure@komunita.gov.mt jew bil-posta fuq l-indirizz t’hawn taħt.
Indirizz
Aġenzija Komunità Malta
Dar il-Mediterran għall-Konferenzi,
Triq l-Isptar l-Antik,
Il-Belt Valletta, Malta. VLT 1645
Ħinijiet tal-Ftuħ (Għoti taċ-Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali)
mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 08:00 – 15:00
Ħinijiet tal-Ftuħ (Ċittadinanza)
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 07:30 – 11:30
Kull nhar t’Erbgħa, magħlquin