Ċertifikat taċ-Ċittadinanza
Jista’ ċertifikat taċ-Ċittadinanza Maltija jinħareġ lil ċittadin Malti?
Ċertifikat taċ-ċittadinanza Maltija jinħareġ fuq talba ta’ stat barrani bħala prova definittiva tal-istatus nazzjonali ta’ persuna. Jekk ċertifikat taċ-ċittadinanza Maltija jkun meħtieġ għal skopijiet oħra, l-applikant ikun irid jipprovdi ġustifikazzjoni.
Kif Tapplika u Ħlasijiet Applikabbli
- Inkwerent ikun irid jissottometti lill-Aġenzija t-talba għal ċertifikat taċ-ċittadinanza li tkun saret mill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u j/tippreżenta l-Karta tal-Identità u/jew il-Passaport tiegħu/tagħha.
- Jekk applikabbli, l-inkwerent ikollu bżonn jissottometti wkoll:
- Ċertifikat tat-twelid;
- Ċertifikat tat-twelid tal-missier;
- Ċertifikat taż-żwieġ; u
- Ċertifikat taż-żwieġ tal-ġenituri.
- Dan iċ-ċertifikat jinħareġ għall-ħlas ta’ €15.
Noti
- F’ċerti każi, jistgħu jintalbu dokumenti addizzjonali;
- Applikanti jinħtieġu jippreżentaw ċertifikati tat-twelid u taż-żwieġ maħruġa minn awtoritajiet barranin u awtoritajiet ekkleżjastiċi lokali meta dawn ir-rekords ma jkunux disponibbli mir-Reġistru Pubbliku.
Aġġornata l-Aħħar 16/11/2021