bi Twelid

Meta Malta saret Stat Indipendenti fil-21 ta’ Settembru 1964, il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza stabbiliet min ikun intitolat jakkwista ċ-ċittadinanza Maltija b’mod awkomatiku, jekk hux bi twelid jew b’dixxendenza, u min jista’ jirreġistra bħala ċittadin Malti. Id-dispożizzjonijiet relattivi tal-Kostituzzjoni dwar il-leġiżlazzjoni taċ-ċittadinanza ġew imsaħħa fl-1965 bil-promulgazzjoni tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188). Aktar tard, fis-sena 2000, id-dispożizzjonijiet dwar il-kwistjonijiet taċ-ċittadinanza msemmija hawn fuq tneħħew mill-kostituzzjoni u ġew inklużi fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188).

Mal-Indipendenza ta’ Malta, min sar ċittadin Malti b’mod awtomatiku?

Dawk il-persuni li:

  • Twieldu Malta qabel il-21 ta’ Settembru 1964 b’mill-inqas xi ħadd mill-ġenituri mwieled Malta wkoll; JEW
  • Twieldu barra minn Malta imma l-missier u n-nannu patern kienu t-tnejn imweldin Malta; U
  • Sal-20 ta’ Settembru 1964 kienu għadhom ċittadini tar-Renju Unit u l-Kolonji.

Min akkwista ċ-ċittadinanza Maltija b’mod awtomatiku, mat-twelid, bejn il-21 ta’ Settembru 1964 u l-31 ta’ Lulju 1989?

Dawk il-persuni li:

  • Twieldu Malta matul dan il-perjodu sakemm missierhom, li ma kienx ċittadin Malti, ma gawdiex minn immunità diplomatika f’Malta; jew
  • Twieldu barra minn Malta matul dan il-perjodu u fil-mument tat-twelid il-missier kien ċittadin Malti bi twelid, b’reġistrazzjoni jew b’naturalizzazzjoni.*

* Iċ-ċittadinanza Maltija ma tiġix trasmessa lill-wild ta’ persuna li tkun akkwistat iċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni abbażi ta’ dixxendenza.

Min sar ċittadin Malti bi twelid mill-1el t’Awwissu 1989 ’il quddiem?

Dawk il-persuni li:

  • Twieldu Malta matul dan il-perjodu u fil-mument tat-twelid il-missier jew l-omm kien/et ċittadin/a Malti/ja, jew persuna li gawdiet mil-libertà tal-moviment (jiġifieri persuna mwielda Malta minn ġenituri mwielda Malta qabel il-21 ta’ Settembru 1964) u ma baqgħetx ċittadina Maltija wara li emigrat; jew
  • Twieldu barra minn Malta matul dan il-perjodu u fil-mument tat-twelid, il-missier jew l-omm kien/kienet ċittadin/a Malti/ja bi twelid, b’reġistrazzjoni jew b’naturalizzazzjoni.*

* Iċ-ċittadinanza Maltija ma tingħaddiex lill-wild ta’ persuna li tkun akkwistat iċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni abbażi ta’ dixxendenza.

Kien jew għadu possibbli għal persuna li akkwistat iċ-ċittadinanza Maltija bi twelid jew b’dixxendenza li żżomm iċ-ċittadinanza tagħha flimkien ma’ ċittadinanza oħra li tkun akkwistat?

Sal-31 ta’ Lulju tal-1989, dan ma kienx possibbli u fis-sena 2000 sar tibdil importanti f’din il-liġi. Ċittadinanza doppja jew multipla issa saru r-regola, aktar milli l-eċċezzjoni.

Mill-10 ta’ Frar tal-2000, ċittadin/a Malti/ija seta’/għet j/takkwista jew i/żżomm ċittadinanza/i barranija/n flimkien maċ-ċittadinanza Maltija.

Formoli u Ħlasijiet Applikabbli

Din l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa ma’ ħlas ta’ €150.
Jekk l-applikazzjoni tiġi pproċessata b’suċċess, għandha titħallas €50 mal-ġbir taċ-ċertifikat fl-aħħar tal-proċess.

Ħlasijiet oħrajn (jekk applikabbli):

€15 fuq it-tieni sottomissjoni
€20 fuq it-tielet sottomissjoni
€25 fuq ir-raba’ sottomissjoni
€10 għal kull Ġurament ta’ Lealtà maħluf fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.
€10 għal kull affidavit maħlufa fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.
€10 għal kull dikjarazzjoni affermata fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.

Mingħajr Ħlas

Mingħajr Ħlas


Aġġornata l-Aħħar 03/11/2021

b’Reġistrazzjoni

Meta Malta saret stat Indipendenti fil-21 ta’ Settembru 1964, il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza stabbiliet min seta’ jirreġistra bħala ċittadin Malti taħt id-dispożizzjonijiet tal-istess Kostituzzjoni. Wara emendi fil-liġi taċ-Ċittadinanza fis-sena 2000, id-dispożizzjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni ta’ persuni bħala ċittadini Maltin tneħħew mill-Kostituzzjoni u ġew inklużi fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188).

Nhar l-1el t’Awwissu 2007, daħlu bosta emendi oħrajn f’dan l-Att li għamluha possibbli biex it-tieni ġenerazzjoni u ġenerazzjonijiet sussegwenti ta’ Maltin imwielda barra jkunu jistgħu jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni.

Min jista’ japplika għaċ-ċittadinanza b’reġistrazzjoni?

Dik il-persuna li hija:

  • Miżżewweġ/ġa ta’ ċittadin/a Malti/ja għal mill-inqas ħames (5) snin u fid-data tal-applikazzjoni u fil-mument tar-reġistrazzjoni, għadu/ha miżżewweġ/ġa u jgħixu flimkien [Formola B];
  • Armel/armla ta’ persuna li kienet ċittadina Maltija u fid-data ta’ mewtha, kienu jkunu ilhom miżżewġin għal mill-inqas ħames (5) snin u kienu jgħixu flimkien [Formola B];
  • Armel/armla ta’ persuna li kienet ċittadina Maltija fid-data ta’ mewtha, u li kieku ma kienx għal mewtha, il-koppja kienet tkun ilha miżżewġa għal mill-inqas ħames (5) snin fid-data tal-applikazzjoni [Formola B];
  • Armel/armla ta’ persuna li mietet qabel Malta saret Indipendenti fil-21 ta’ Settembru 1964, u li kieku ma kienx għal mewtha, kienet issir ċittadina Maltija (għall-fatt li kienet twieldet Malta minn mill-inqas ġenitur li twieled Malta wkoll, jew li kienet twieldet barra minn Malta minn missier u xi ħadd min-nanniet paterni t-tnejn li huma mweldin Malta) u l-koppja kienu jgħixu flimkien fid-data tal-mewt [Formola B];
  • Wild imwieled/da qabel il-21 ta’ Settembru 1964 minn omm imwielda Malta u li saret, jew li kieku ma kienx għall-mewt tagħha kienet issir, ċittadina Maltija fil-21 ta’ Settembru 1964 [Formola I]
  • Wild t’omm Maltija (li akkwistat iċ-ċittadinanza Maltija bi twelid, u li kienet ċittadina Maltija fil-mument tat-twelid tal-wild) u li mwieled/da barra minn Malta mill-21 ta’ Settembru 1964 sal-1el t’Awwissu 1989 [Formola I];
  • Ċittadin/a preċedentement Malti/ja u ma j/tikkwalifikax b’mod awtomatiku għall-akkwist ta’ ċittadinanza doppja/multipla minħabba li m’għamilx/litx sitt (6) snin jgħix/tgħix barra minn Malta jew għax preċedentement kien/et ċittadin/a Malti/ja b’reġistrazzjoni jew b’naturalizzazzjoni [Formola D];
  • Dixxendent/a fil-linja diretta ta’ persuna mwielda Malta minn ġenitur li kien ukoll imwieled Malta. Jekk id-dixxendent huwa minorenni, il-persuna li skont il-liġi għandha l-awtorità fuq il-minorenni inkwistjoni jkollu/ha bżonn j/tissottometti d-dokumenti elenkati, flimkien mad-dokumenti li jagħtuh/ha s-setgħa li j/tissottometti tali applikazzjoni [Formola K / Formola M].

X’dokumenti jinħtieġu?

  1. Affidavit konġunt mingħand il-koppja li jikkonferma li l-applikant u l-konjugu/a Malti/ja ilhom miżżewġin għal tal-inqas ħames (5) snin u għadhom jgħixu flimkien;
  2. Ritratt riċenti daqs ta’ passaport tal-applikant;
  3. Iċ-ċertifikat taż-żwieġ (irreġistrat f’Malta);
  4. Iċ-ċertifikat/i ta’ żwieġ/ijiet preċendenti kemm tal-applikant kif ukoll tal-konjugu/a Malti/ja (jekk applikabbli);
  5. Iċ-ċertifikat tat-twelid sħiħ tal-applikant (li juri isem il-ġenituri);
  6. Il-passaport / Il-karta tal-identità / il-karta ta’ residenza tal-applikant u tal-konjugu/a Malti/ja (kif applikabbli);
  7. Iċ-ċertifikat tat-twelid tal-konjugu/a;
  8. Iċ-ċertifikat tat-twelid tal-ġenituri Maltin tal-konjugu/a; u
  9. Iċ-ċertifikat taż-żwieġ tal-ġenituri Maltin tal-konjugu/a (jekk applikabbli).
  1. Affidavit mingħand l-applikant li jikkonferma li l-applikant u l-konjugu/a Malti/ja għexu flimkien sal-mewt tal-konjugu/a;
  2. Ritratt riċenti daqs ta’ passaport tal-applikant;
  3. Iċ-ċertifikat taż-żwieġ (irreġistrat f’Malta);
  4. Iċ-ċertifikat/i ta’ żwieġ/ijiet preċendenti kemm tal-applikant kif ukoll tal-konjugu/a Malti/ja (jekk applikabbli);
  5. Iċ-ċertifikat tat-twelid sħiħ tal-applikant (li juri isem il-ġenituri);
  6. Il-passaport / Il-karta tal-identità / il-karta ta’ residenza tal-applikant u tal-konjugu/a Malti/ja (kif applikabbli);
  7. Iċ-ċertifikat tat-twelid tal-konjugu/a;
  8. Iċ-ċertifikat tat-twelid tal-ġenituri Maltin tal-konjugu/a;
  9. Iċ-ċertifikat taż-żwieġ tal-ġenituri Maltin tal-konjugu/a (jekk applikabbli); u
  10. Iċ-ċertifikat tal-mewt tal-konjugu/a.
  1. Il-passaport tal-applikant;
  2. Iċ-ċertifikat tat-twelid sħiħ tal-applikant (li juri isem il-ġenituri);
  3. Iċ-ċertifikat taż-żwieġ tal-applikant (jekk applikabbli);
  4. Iċ-ċertifikati tat-twelid u taż-żwieġ tal-ġenituri tal-applikant;
  5. Ittra li tgħid għaliex l-applikant ma jistax jipprovdi sitt (6) snin evidenza dokumentata ta’ residenza barra minn Malta jew kopja tal-ittra ta’ rinunzja taċ-ċittadinanza Maltija;
  6. Ritratt riċenti daqs ta’ passaport tal-applikant;
  7. Kopja taċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza attwali tal-applikant.
  1. Iċ-ċertifikat tat-twelid sħiħ tal-applikant (li juri isem il-ġenituri);
  2. Iċ-ċertifikat taż-żwieġ tal-applikant (jekk applikabbli);
  3. Il-passaport tal-applikant;
  4. Ritratt riċenti daqs ta’ passaport tal-applikant;
  5. Iċ-ċertifikat tat-twelid sħiħ t’omm l-applikant;
  6. Iċ-ċertifikat taż-żwieġ t'omm l-applikant;
  7. Il-passaport t’omm l-applikant; and
  8. Iċ-ċertifikati tat-twelid u taż-żwieġ tan-nanniet materni tal-applikant.
Jekk l-iben jew il-bint twieled/twieldet wara l-21 ta’ Settembru 1964, l-Aġenzija tista’ titlob għal aktar evidenza li turi li l-omm kienet ċittadina Maltija fil-ġurnata tat-twelid tal-applikant/a.
  1. Iċ-ċertifikat tat-twelid sħiħ tal-applikant (li juri isem il-ġenituri);
  2. Iċ-ċertifikat taż-żwieġ tal-applikant (jekk applikabbli);
  3. Ritratt riċenti daqs ta’ passaport tal-applikant;
  4. Il-passaport tal-applikant;
  5. Ċertifikati tat-twelid u taż-żwieġ tal-axxendenti tal-applikant li juru l-linja diretta ta' żewġ ġenerazzjonijiet konsekuttivi t'axxendenti mwielda Malta;
  6. Fil-każ tat-tielet ġenerazzjoni u oħrajn sussegwenti:
    • Iċ-ċertifikat tal-mewt tal-axxendent/i tal-applikant imwieled/imweldin Malta (f'każ ta' mewt); u
    • Kopja taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-axxendent/i tal-applikant imwieled/imweldin Malta (kif applikabbli).

Persuna li jkollha awtorità fuq minorenni (li huwa/hija dixxendent/a fil-linja diretta ta’ persuna mwielda Malta minn ġenitur li kien ukoll imwieled Malta) ikollha bżonn tissottometti d-dokumenti neċessarji fir-rigward tal-minorenni kkonċernat, flimkien mad-dokumentazzjoni li tagħtiha s-setgħa tissottometti tali applikazzjoni.

Noti:

  • F’ċerti każi, jistgħu jintalbu dokumenti addizzjonali;
  • Mis-16 t’April 2010, m’għadhomx jintalbu ċertifikati tal-istat ċivili maħruġa mir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta relatati mal-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni. L-Aġenzija tieħu ħsieb tiġbor iċ-ċertifikati neċessarji direttament hi f’isem l-applikant/a. Madanakollu, hija r-responsabbiltà tal-applikant/a li j/tipprovdi informazzjoni korretta sabiex ikun/u jista’/għu jinkiseb/bu ċ-ċertifikat/i meħtieġ/a.
  • Għalkemm mhux obbligatorju, il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat taż-żwieġ, jekk applikabbli, iħaffef il-proċess. F’każ li jiġi ppreżentat, l-Aġenzija żżomm kopja taċ-ċertifikat u l-oriġnal jiġi rritornat lura. F’dan ir-rigward l-applikant/a ikollu/ikollha bżonn j/tissottommetti l-Formola għal Ċertifikat tal-Istat Ċivili;
  • F’każ li r-rekords taċ-ċertifikati ma jkunux disponibbli mir-Reġistru Pubbliku l-applikanti jkollhom bżonn jippreżentaw ċertifikati tat-twelid/taż-żwieġ maħruġa mill-awtoritajiet barranin u mill-awtoritajiet Ekkleżjastiċi.

Kif issir applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni?

  1. L-applikant/a j/tissottometti d-dokumenti kollha meħtieġa lill-Aġenzija;
  2. Dawn id-dokumenti jiġu reveduti minn rappreżentant/a tal-Aġenzija, l-applikant/a j/tivverifika li l-formola tkun mimlija kollha u b’mod korrett, u j/tiffirmaha;
  3. Jekk l-applikant/a huwa/hija konjugu/a barrani/ja miżżewweġ/ġa ċittadin/a Malti/ja, il-konjuġi jridu jagħmlu dikjarazzjoni konġunta (affidavit) sabiex jikkonfermaw li ilhom jgħixu flimkien għal mill-inqas ħames (5) snin mid-data taż-żwieġ u li jgħixu flimkien sa dakinhar tal-applikazzjoni;
  4. L-Aġenzija tamministra l-ġuramenti kollha meħtieġa, inkluż il-Ġurament ta’ Lealtà lejn ir-Repubblika ta’ Malta*.

    *Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal persuni maġġorenni, li m’għandhomx kapaċità sħiħa, u li f’isimhom tkun qed tiġi sottomessa applikazzjoni bl-awtorizzazzjoni tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja).

Meta l-applikazzjoni ssir f’waħda mir-Rappreżentanzi Diplomatiċi ta’ Malta, it-teħid tal-ġuramenti jrid isir jew quddiem uffiċjal tar-Rappreżentanza Diplomatika awtorizzat jaġixxi ta’ Kummissarju tal-Ġuramenti, jew quddiem persuna li, skont il-liġi tal-pajjiż ikkonċernat, jingħata s-setgħa li jamministra l-ġuramenti.

L-Aġenzija mbagħad tipproċessa l-applikazzjoni. Jekk din tirriżulta b’suċċess, l-applikant jiġi rreġistrat bħala ċittadin Malti u jintalab iżur l-uffiċini tal-Aġenzija biex jiġbor iċ-ċertifikat. Dawn l-applikanti jiġu kkunsidrati ċittadini Maltin mid-data li titniżżel fuq iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni.

Wara, fil-każ t’applikanti mwielda barra minn Malta, l-applikanti jkunu jridu jirreġistraw t-twelid tagħhom mar-Reġistru Pubbliku.L-applikanti jridu jippreżentaw iċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza Maltija lir-Reġistru Pubbliku flimkien ma’ verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat tat-twelid, (u traduzzjoni uffiċjali bl-Ingliż jew bil-Malti, jekk applikabbli).

Noti:

  • Fil-Gazzetta tal-Gvern tiġi ppubblikata lista annwali li tinkludi l-isem u l-kunjom tal-persuni kollha rreġistrati bħala ċittadini Maltin matul is-sena ta’ qabel.
  • Malta taċċetta ċittadinanza doppja jew multipla. Madanakollu, il-persuni kkonċernati għandhom jivverifikaw min-naħa tagħhom jekk il-liġijiet taċ-ċittadinanza ta’ pajjiżhom jippermettux dan, għaliex l-akkwist volontarju ta’ ċittadinanza oħra tista’ twassal għat-telfien ta’ dik attwali.

Applikanti li ma jgħixux Malta huma mħeġġa jikkuntattjaw waħda mill-Ambaxxati jew Kummissjonijiet Għolja Maltin għal iktar informazzjoni dwar il-proċeduri li għandhom jimxu magħhom meta jissottomettu applikazzjoni għal ċittadinanza b’reġistrazzjoni. Id-dettalji tal-kuntatt tar-Rappreżentanzi Diplomatiċi ta’ Malta jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

Rappreżentanzi ta’ Malta

Formoli u Ħlasijiet Applikabbli

Din l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa ma’ ħlas ta’ €150.
Jekk l-applikazzjoni tiġi pproċessata b’suċċess, għandha titħallas €50 mal-ġbir taċ-ċertifikat fl-aħħar tal-proċess.

Ħlasijiet oħrajn (jekk applikabbli):

€15 fuq it-tieni sottomissjoni
€20 fuq it-tielet sottomissjoni
€25 fuq ir-raba’ sottomissjoni
€10 għal kull Ġurament ta’ Lealtà maħluf fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.
€10 għal kull affidavit maħlufa fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.
€10 għal kull dikjarazzjoni affermata fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.

Din l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa ma’ ħlas ta’ €150.
Jekk l-applikazzjoni tiġi pproċessata b’suċċess, għandha titħallas €50 mal-ġbir taċ-ċertifikat fl-aħħar tal-proċess.

Ħlasijiet oħrajn (jekk applikabbli):

€15 fuq it-tieni sottomissjoni
€20 fuq it-tielet sottomissjoni
€25 fuq ir-raba’ sottomissjoni
€10 għal kull Ġurament ta’ Lealtà maħluf fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.
€10 għal kull affidavit maħlufa fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.
€10 għal kull dikjarazzjoni affermata fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.

Din l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa ma’ ħlas ta’ €150.
Jekk l-applikazzjoni tiġi pproċessata b’suċċess, għandha titħallas €50 mal-ġbir taċ-ċertifikat fl-aħħar tal-proċess.

Ħlasijiet oħrajn (jekk applikabbli):

€15 fuq it-tieni sottomissjoni
€20 fuq it-tielet sottomissjoni
€25 fuq ir-raba’ sottomissjoni
€10 għal kull Ġurament ta’ Lealtà maħluf fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.
€10 għal kull affidavit maħlufa fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.
€10 għal kull dikjarazzjoni affermata fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.

Din l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa ma’ ħlas ta’ €150.
Jekk l-applikazzjoni tiġi pproċessata b’suċċess, għandha titħallas €50 mal-ġbir taċ-ċertifikat fl-aħħar tal-proċess.

Ħlasijiet oħrajn (jekk applikabbli):

€15 fuq it-tieni sottomissjoni
€20 fuq it-tielet sottomissjoni
€25 fuq ir-raba’ sottomissjoni
€10 għal kull Ġurament ta’ Lealtà maħluf fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.
€10 għal kull dikjarazzjoni affermata fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.

Din l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa ma’ ħlas ta’ €150.
Jekk l-applikazzjoni tiġi pproċessata b’suċċess, għandha titħallas €50 mal-ġbir taċ-ċertifikat fl-aħħar tal-proċess.

Ħlasijiet oħrajn (jekk applikabbli):

€15 fuq it-tieni sottomissjoni
€20 fuq it-tielet sottomissjoni
€25 fuq ir-raba’ sottomissjoni
€10 għal kull affidavit maħlufa fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.
€10 għal kull dikjarazzjoni affermata fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.

Mingħajr Ħlas


Aġġornata l-Aħħar 12/11/2021

b’Naturalizzazzjoni

L-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188) jistabbilixxi min jista’ jsir ċittadin Malti b’naturalizzazzjoni, sakemm l-applikant jissodisfa d-dispożizzjonijiet neċessarji.

Artikolu 10 (1) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188) jirregola l-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija abbażi ta’ residenza f’Malta filwaqt li Artikolu 11 jirreferi għall-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija fil-każ ta’ minorenni. Fl-aħħar mill-aħħar huwa l-Ministru responsabbli għall-affarijiet dwar ċittadinanza li għandu/ha d-diskrezzjoni li j/tagħti jew j/tirrifjuta applikazzjoni taħt tali dispożizzjonijiet.

Min jista’ japplika għaċ-ċittadinanza Maltija b’naturalizzazzjoni abbażi ta’ residenza f’Malta?

Sakemm l-applikant ikollu ’l fuq minn tmintax (18)-il sena, individwu jista’ jissottometti applikazzjoni jekk ikun:

  • Persuna barranija jew mingħajr ċittadinanza;
  • Għex f’Malta matul it-tnax (12)-il xahar immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni;
  • Kien residenti f’Malta għal perjodi li b’kollox jammontaw għal mhux inqas minn erba’ (4) snin, matul is-sitt (6) snin li jippreċedu l-perjodu ta’ tnax (12)-il xahar imsemmi hawn fuq;
  • Persuna ta’ kondotta tajba;
  • Ikollu għarfien adegwat tal-lingwa Maltija jew dik Ingliża*;
  • Ikun ċittadin tajjeb għal Malta.
  • * Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal persuni maġġorenni, li m’għandhomx kapaċità sħiħa, u li f’isimhom tkun qed tiġi sottomessa applikazzjoni bl-awtorizzazzjoni tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja).

Qabel ma tiġi sottomessa applikazzjoni, l-applikanti jridu jagħmlu appuntament mal-Aġenzija sabiex ikun jista’ jinħareġ ċertifikat ta’ residenza. F’dan ir-rigward, l-applikanti jridu jipprovdu lill-uffiċjal (i) il-passaport attwali tagħhom; u (ii) il-passaporti skaduti kollha fil-pussess tagħhom li jkopru l-perjodi ta’ residenza tagħhom f’Malta.

L-applikant ikun meħtieġ jissottometti dokumenti addizzjonali ladarba l-Aġenzija tivvaluta ċ-ċertifikat ta’ residenza u tikkonferma li l-applikant huwa eliġibbli biex jipproċedi bl-applikazzjoni.

Sottomissjoni t’applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija b’naturalizzazzjoni abbażi ta’ residenza f’Malta

  • L-applikant/a j/tissottometti d-dokumenti kollha meħtieġa lill-Aġenzija;
  • Dawn id-dokumenti jiġu reveduti minn rappreżentant/a tal-Aġenzija, l-applikant/a j/tivverifika li l-formola tkun mimlija kollha u b’mod korrett, u j/tiffirmaha;
  • L-applikant/a ikollu/jkollha bżonn żewġ (2) sponsors (li ma jkunux qraba) biex ikun jista’ jitlesta l-proċess tal-applikazzjoni. Il-firma tal-applikant trid issir quddiem xhud li jrid jiffirma l-applikazzjoni wkoll.

    Jista’ jintgħażel wieħed mill-persuni li ġejjin bħala l-ewwel sponsor:

    • Membru Parlamentari;
    • Imħallef;
    • Maġistrat;
    • Avukat;
    • Nutar;
    • Prokuratur Legali;
    • Tabib;
    • Uffiċjal Pubbliku mhux anqas mill-grad ta’ Prinċipal;
    • Pulizija mhux anqas mill-grad ta’ Spettur;
    • Uffiċjal tal-Forzi Armati ta’ Malta mhux anqas mill-grad ta’ Kaptan; u
    • Kappillan.
    It-tieni sponsor jista’ jkun kwalunkwe ċittadin Malti li ma jaqa’ taħt ebda kategorija msemmija hawn fuq. Kwalunkwe ċittadin Malti jista’ jkun sponsor, sakemm ma jkunx akkwista ċ-ċittadinanza Maltija b’naturalizzazzjoni u li jkollu iktar minn tmintax (18)-il sena.
  • L-Aġenzija mbagħad tipproċessa l-applikazzjoni. Jekk din tirriżulta b’suċċess, l-applikant jintalab iżur l-uffiċini tal-Aġenzija biex jieħu l-Ġurament ta’ Lealtà lejn ir-Repubblika ta’ Malta.*

    *Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal persuni maġġorenni, li m’għandhomx kapaċità sħiħa, u li f’isimhom tkun qed tiġi sottomessa applikazzjoni bl-awtorizzazzjoni tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja).

L-applikant jingħata ċ-Ċittadinanza Maltija b’naturalizzazzjoni u jintalab iżur l-uffiċini tal-Aġenzija biex jiġbor iċ-ċertifikat. Dawn l-applikanti jiġu kkunsidrati ċittadini Maltin mid-data li titniżżel fuq iċ-ċertifikat ta’ naturalizzazzjoni.

Wara, fil-każ t’applikanti mwielda barra minn Malta, l-applikanti jkunu jridu jirreġistraw it-twelid tagħhom mar-Reġistru Pubbliku.

L-applikanti jridu jippreżentaw iċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza Maltija lir-Reġistru Pubbliku flimkien ma’ verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat tat-twelid, (u traduzzjoni uffiċjali bl-Ingliż jew bil-Malti, jekk applikabbli).

Min jista’ japplika għaċ-ċittadinanza Maltija b’naturalizzazzjoni f’isem minorenni f’Malta?

Ġenituri li ma kinux ċittadini Maltin mat-twelid ta’ wliedhom u mqar xi ħadd minnhom aktar tard jakkwista ċ-ċittadinanza Maltija, jista’/jistgħu jissottomettu applikazzjoni f’isem uliedhom sabiex jiġu naturalizzati bħala ċittadini Maltin.

Noti:

  • F’ċerti każi, jistgħu jintalbu dokumenti addizzjonali;
  • Fil-Gazzetta tal-Gvern tiġi ppubblikata lista annwali li tinkludi l-isem u l-kunjom tal-persuni kollha nnaturalizzati bħala ċittadini Maltin matul is-sena ta’ qabel.
  • Malta taċċetta ċittadinanza doppja jew multipla. Madanakollu, il-persuni kkonċernati għandhom jivverifikaw min-naħa tagħhom jekk il-liġijiet taċ-ċittadinanza ta’ pajjiżhom jippermettux dan, għaliex l-akkwist volontarju ta’ ċittadinanza oħra tista’ twassal għat-telfien ta’ dik attwali.

Formoli u Ħlasijiet Applikabbli

Din l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa ma’ ħlas ta’ €450.
Jekk l-applikazzjoni tiġi pproċessata b’suċċess, għandha titħallas €50 mal-ġbir taċ-ċertifikat fl-aħħar tal-proċess.

Ħlasijiet oħrajn (jekk applikabbli):

€15 fuq it-tieni sottomissjoni
€20 fuq it-tielet sottomissjoni
€25 fuq ir-raba’ sottomissjoni
€10 għal kull Ġurament ta’ Lealtà maħluf fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.
€10 għal kull affidavit maħlufa fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.
€10 għal kull dikjarazzjoni affermata fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.

Din l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa ma’ ħlas ta’ €450.
Jekk l-applikazzjoni tiġi pproċessata b’suċċess, għandha titħallas €50 mal-ġbir taċ-ċertifikat fl-aħħar tal-proċess.

Ħlasijiet oħrajn (jekk applikabbli):

€15 fuq it-tieni sottomissjoni
€20 fuq it-tielet sottomissjoni
€25 fuq ir-raba’ sottomissjoni
€10 għal kull affidavit maħlufa fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.
€10 għal kull dikjarazzjoni affermata fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.


Aġġornata l-Aħħar 03/11/2021

Ċittadinanza Doppja/Multipla

Meta Malta saret Stat Indipendenti fil-21 ta’ Settembru 1964, il-Liġi dwar iċ-Ċittadinanza ma kinitx tippermetti ċittadinanza doppja, b’eċċezzjoni lill-minorenni, li sabiex iżommu ċ-ċittadinanza Maltija kellhom jirrinunzjaw dik barranija bejn it-tmintax (18) u d-dsatax (19)-il sena. Dawk li ma rrinunzjawx iċ-ċittadinanza barranija, tilfu ċ-ċittadinanza Maltija b’mod awtomatiku.

Dawk l-adulti, li fid-data tal-Indipendenza ta’ Malta żammew iċ-ċittadinanza/i barranija/n li kellhom, kellhom jirrinunzjawha/hom, qabel il-21 ta’ Settembru 1967. Ċittadini Maltin li akkwistaw ċittadinanza oħra permezz t’att volontarju, tilfu ċ-ċittadinanza Maltija awtomatikament meta akkwistaw tali ċittadinanza barranija.

Iċ-ċittadinanza doppja ġiet introdotta fil-leġiżlazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Maltija b’effett mill-1el t’Awwissu tal-1989. Madanakollu, din kienet limitata għal emigranti Maltin u dawn kienu jridu jkunu

    1. twieldu f’Malta,
    2. emigraw lejn pajjiż ieħor u akkwistaw iċ-ċittadinanza tiegħu, u
    3. għexu għal mill-inqas sitt (6) snin f’dak il-pajjiż.

Tibdiliet importanti oħrajn f’din il-leġiżlazzjoni saru fis-sena 2000. Ċittadinanza doppja/multipla saret r-regola, aktar milli l-eċċezzjoni. Mill-10 ta’ Frar tal-2000, ċittadin/a Malti/ija seta’/għet j/takkwista jew i/żżomm ċittadinanza/i barranija/n flimkien maċ-ċittadinanza Maltija. Permezz ta’ din il-leġiżlazzjoni, iċ-ċittadinanza Maltija ġiet akkwistata mill-ġdid b’mod awtomatiku minn dawk li ma baqgħux ċittadini Maltin sakemm jiġu sodisfatti ċerti kriterji. Jekk le, l-akkwist mill-ġdid taċ-ċittadinanza Maltija seta’ jsir permezz t’applikazzjoni b’reġistrazzjoni.

Kien hemm xi tibdil fil-pożizzjoni ta’ xi ħadd wara li daħlu fis-seħħ l-emendi fil-Liġi taċ-Ċittadinanza fl-2000, f’dik li hija ċ-ċittadinanza doppja/multipla?

Artikolu 7 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza (Kap. 188) jistipula li “Persuna jista’ jkollha ċ-ċittadinanza Maltija, u fl-istess waqt ikollha ċ-ċittadinanza ta’ pajjiż ieħor.”

Għaldaqstant, wara l-emendi li għaddew fl-10 ta’ Frar 2000, iċ-ċittadini Maltin li jakkwistaw ċittadinanza/i barranija/n jistgħu jżommu ċ-ċittadinanza Maltija tagħhom, filwaqt li l-barranin li jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni jew b’naturalizzazzjoni jistgħu jżommu tali ċittadinanza, flimkien ma’ ċittadinanza barranija. Dan huwa mingħajr il-preġudizzju għall-fatt li l-leġiżlazzjoni barranija tista’ ma tippermettix ċittadinanza doppja għaċ-ċittadini tagħha stess.

Barra minn hekk, iċ-ċittadini Maltin li tilfu ċ-ċittadinanza tagħhom qabel din id-data, akkwistaw mill-ġdid iċ-ċittadinanza Maltija b’mod awtomatiku, sakemm jiġu sodisfatti l-kriterji elenkati hawn taħt. Jekk le, jistgħu jerġgħu jakkwistawha permezz b’reġistrazzjoni.

Eks ċittadini ta’ Malta li ma jikkwalifikawx għall-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija b’mod awtomatiku

Dawk il-persuni li ma jikkwalifikawx għall-akkwist mill-ġdid taċ-ċittadinanza Maltija b’mod awtomatiku (minħabba li qabel l-emendi tas-sena 2000, jew ma qattgħux sitt (6) snin jgħixu barra, jew kienu ċittadini Maltin b’reġistrazzjoni jew b’naturalizzazzjoni meta akkwistaw iċ-ċittadinanza barranija) għandhom japplikaw biex jiġu rreġistrati bħala ċittadini Maltin.

X’inhuma d-dokumenti meħtieġa mill-Aġenzija sabiex tkun tista’ tikkonferma bil-miktub li persuna kkonċernata tikkwalifika b’mod awtomatiku għaċ-ċittadinanza doppja/multipla?

Persuna teħtieġ tippreżenta:

  • Ċertifikat tat-twelid;
  • Ċertifikat taż-żwieġ (jekk applikabbli);
  • Ċertifikat tat-twelid tal-missier;
  • Ċertifikat taż-żwieġ tal-ġenituri;
  • Ċertifikat li juri d-data meta ġiet akkwistata ċ-ċittadinanza barranija (f’każ li din ġiet akkwistata b’reġistrazzjoni jew b’naturalizzazzjoni);
  • Il-passaport kurrenti (Malti u/jew dak barrani); u
  • Dokumenti li jevidenzjaw il-persuna għexet barra minn Malta għal perjodu ta’ mill-inqas sitt (6) snin. Din tista’ tikkonsisti primarjament minn passaport/i għall-perjodu kkonċernat.

Akkwist mill-ġdid taċ-ċittadinanza Maltija b’mod awtomatiku għal dawk li tilfuha

Fid-dawl ta’ dawn l-emendi li daħlu fis-seħħ nhar l-10 ta’ Frar 2000, dawk kollha li:

  • saru ċittadini Maltin b’mod awtomatiku nhar, jew wara, il-21 ta’ Settembru 1964 bi twelid jew b’dixxendenza;
  • sussegwentement tilfu ċ-ċittadinanza Maltija; u
  • għexu barra minn Malta għal perjodu ta’ mill-inqas sitt (6) snin,

reġgħu akkwistaw mill-ġdid iċ-ċittadinanza Maltija b’mod awtomatiku u jiġu kkunsidrati daqs li kieku qatt ma tilfuha.

Persuni li kienu għadhom m’għalqux id-dsatax (19)-il sena nhar l-10 ta’ Frar 2000

Persuni li sal-10 ta’ Frar 2000 kienu għadhom m’għalqux id-dsatax (19)-il sena u kellhom ċittadinanza oħra, apparti dik Maltija, żammew tali ċittadinanza għaliex ma kinux mitluba jirrinunzjawha sabiex ma jitilfux dik Maltija.

Jista’ ċittadin Malti jkollu konferma li hu/hi ħa/det lura ċ-ċittadinanza Maltija grazzi għall-emendi tas-sena 2000?

Konferma bil-miktub tingħata mill-Aġenzija wara li jiġu sottomessi d-Dual Enquiry Formola A jew id-Dual Enquiry Formola B, flimkien mad-dokumenti relevanti kif speċifikat fihom.

Jekk il-passaporti preċedenti ntilfu jew inqerdu, wieħed jista’ jipproduċi wieħed minn dawn id-dokumenti kif ġej:

  • Ċertifikat ta’ residenza, normalment maħruġ mill-Awtoritajiet tal-Immigrazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat (tali ċertifikati nħarġu l-Awstralja, il-Kanada u l-Italja);
  • Dikjarazzjoni li turi li l-qligħ annwali fuq numru ta’ snin (pereżempju, id-dikjarazzjoni Kanadiża Pension Plan Contributor jew id-dikjarazzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika Social Security Earnings);
  • Ittra mill-prinċipal preċedenti jew preżenti li tagħti d-dettalji dwar l-impjieg (dan għandu jinkludi d-dati tal-bidu u t-tmiem tal-impjieg);
  • Konferma tal-kontribuzzjonijiet annwali mħallsa taħt skema t’assigurazzjoni nazzjonali tal-pajjiż adottiv (pereżempju, id-dikjarazzjoni maħruġa fir-Renju Unit minn Contributions Agency);
  • Konferma tal-attendenza mill-awtoritajiet ta’ kwalunkwe skola jew kulleġġ (dan japplika l-aktar fil-każ tal-akkwist taċ-ċittadinanza tal-pajjiż addottiv fl-età minorenni;
  • Kull dokument ieħor meqjus aċċettabbli mill-Aġenzija li jevidenzja li l-persuna għexet barra minn Malta għal perjodu totali ta’ mill-inqas sitt (6) snin.

Noti:

  • F’ċerti każi, jistgħu jintalbu dokumenti addizzjonali;

  • Mis-16 t’April 2010, m’għadhomx jintalbu ċertifikati tal-istat ċivili maħruġa mir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta relatati mal-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni. L-Aġenzija tieħu ħsieb tiġbor iċ-ċertifikati neċessarji direttament hi f’isem l-applikant/a. Madanakollu, hija r-responsabbiltà tal-applikant/a li j/tipprovdi informazzjoni korretta sabiex ikun/u jista’/għu jinkiseb/bu ċ-ċertifikat/i meħtieġ/a.

  • Għalkemm mhux obbligatorju, il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat taż-żwieġ, jekk applikabbli, iħaffef il-proċess. F’każ li jiġi ppreżentat, l-Aġenzija żżomm kopja taċ-ċertifikat u l-oriġnal jiġi rritornat lura.

  • F’każ li r-rekords taċ-ċertifikati ma jkunux disponibbli mir-Reġistru Pubbliku l-applikanti jkollhom bżonn jippreżentaw ċertifikati tat-twelid/taż-żwieġ maħruġa mill-awtoritajiet barranin u mill-awtoritajiet Ekkleżjastiċi.

  • Malta taċċetta ċittadinanza doppja jew multipla. Madanakollu, il-persuni kkonċernati għandhom jivverifikaw min-naħa tagħhom jekk il-liġijiet taċ-ċittadinanza ta’ pajjiżhom jippermettux dan, għaliex l-akkwist volontarju ta’ ċittadinanza oħra tista’ twassal għat-telfien ta’ dik attwali.

Formoli u Ħlasijiet Applikabbli

Din l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa ma’ ħlas ta’ €150.
Jekk l-applikazzjoni tiġi pproċessata b’suċċess, għandha titħallas €50 mal-ġbir taċ-ċertifikat fl-aħħar tal-proċess.

Ħlasijiet oħrajn (jekk applikabbli):

€15 fuq it-tieni sottomissjoni
€20 fuq it-tielet sottomissjoni
€25 fuq ir-raba’ sottomissjoni
€10 għal kull Ġurament ta’ Lealtà maħluf fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.
€10 għal kull affidavit maħlufa fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.
€10 għal kull dikjarazzjoni affermata fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.

Mingħajr Ħlas

Mingħajr Ħlas


Aġġornata l-Aħħar 12/11/2021

għal Servizzi Eċċezzjonali permezz t’Investiment Dirett

 

Bid-dinamika globali u l-ġeopolitika jinbidlu u jevolvu b’mod kontinwu, hemm numru dejjem jikber t’individwi b’valur nett għoli li lesti jinvestu u jirrilokaw flimkien mal-familja tagħhom għaċ-ċans li jiftħu l-bibien tal-possibiltajiet ġodda waqt li jsiru parti minn komunità ospitali. Jgħaddi kemm jgħaddi żmien, l-interess ħa jibqa' għoli u l-ideat innovattivi ta' dawn l-investituri jistgħu jissarfu fi sħubijiet b’benefiċċju reċiproku. Dan il-fenomenu jarrikkixxi l-kapital uman u konsegwentement jattira iktar mexxejja tas-swieq li jkomplu jżidu l-valur ta' pajjiżna.

Malta hija mikrostat fiċ-ċentru tal-Mediterran li tifrex fuq medda t’art ta’ 316 km2, u għarfet taħfen din l-opportunità, daħlet f’din l-industrija, u issa tinsab fiċ-ċentru ta’ dan il-fenomenu. Dan wassal biex inħolqot taħlita varjata t’għarfien, esperjenzi, ħiliet u finanzjament relatati dwar in-negozju li qed jikkontribwixxu b’mod pożittiv lis-soċjetà, jistimulaw in-negozju u jkattru l-impjiegi.

L-Għoti ta’ Ċittadinanza permezz ta’ Naturalizzazzjoni għal Servizzi Eċċezzjonali b’Investiment Dirett huwa rregolat mir-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali (L.S. 188.06).

Kriterji ta’ Eliġibilità

Ir-rekwiżiti għas-sottomissjoni t’applikazzjoni huma:

  • Prova ta’ residenza f’Malta għal perjodu ta’ sitta u tletin (36) xahar, sakemm dan il-perjodu jista’ b’eċċezzjoni jitnaqqas għal minimu ta’ tnax-il (12) xahar, soġġett għal investiment dirett eċċezzjonali (ta’ sitt mitt elf ewro [€600,000] u seba' mija u ħamsin elf ewro [€750,000] rispettivament), li għandu jsir qabel il-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ naturalizzazzjoni;
  • Ix-xiri ta’ proprjetà immobbli residenzjali f’Malta b’valur minimu ta’ seba' mitt elf ewro (€700,000) jew il-kirja ta’ proprjetà immobbli residenzjali f’Malta għal kera annwali minima ta’ sittax-il elf ewro (€16,000), liema proprjetà għandha tkun adegwata u adatta għall-applikant u d-dipendenti tiegħu, għal perjodu minimu ta’ ħames (5) snin mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza;
  • It-twettiq t’investiment dirett eċċezzjonali f’Malta, skont ir-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali (L.S. 188.06); u
  • L-għoti ta’ donazzjoni, qabel il-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ naturalizzazzjoni, mhux inqas minn għaxrt elef ewro (€10,000) lil organizzazzjoni jew soċjetà mhux governattiva filantropika, kulturali, sportiva, xjentifika, tat-trattament xieraq tal-annimali jew artistika, li tkun irreġistrata, jew kif approvat mod ieħor mill-Aġenzija.

Dokumentazzjoni

Formoli ta’ Residenza

Formola għat-Tneħħija ta' Reġistrazzjoni fuq Indirizz

Din il-formola għandha timtela u tiġi sottomessa minn sid li jkun kera l-proprjetà tiegħu, liema indirizz ikun l-indirizz irreġistrat fuq dokument maħruġ minn Identità, jew alternattivament, minn sid ta’ proprjetà li qed jikkonferma li l-proprjetà tiegħu ma ġietx mikrija lil ċertu individwu.

Niżżel il-Formola

Formola tad-Dikjarazzjoni tal-Kiri

Din il-formola trid timtela mis-sid tal-proprjetà residenzjali indikata fil-ftehim tal-kera sottomess mill-applikant. Dan iservi bħala konferma tal-indirizz indikat mill-applikant fuq l-applikazzjoni għal karta tar-residenza sottomessa lill-Aġenzija.

Niżżel il-Formola

Formola K - Awtosuffiċjenza Ekonomika

Din il-formola trid timtela minn persuni li mhumiex ċittadini ta' Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Isvizzera.

Niżżel il-Formola

Formola J - Awtosuffiċjenza Ekonomika

Din il-formola trid timtela minn persuni li huma ċittadini ta' Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Isvizzera.

Niżżel il-Formola

Formola ID 1A - Formola għar-Reġistrazzjoni t’Identità

Din il-formola trid timtela minn persuni li mhumiex ċittadini ta' Malta.

Niżżel il-Formola

Formola ID 2

Formola t’Applikazzjoni għat-Teħid tar-Ritratti ta’ dipendenti taħt it-12-il sena

Niżżel il-Formola

Formola tal-Kunsens tal-Ġenitur

Din il-formola għandha timtela kollha u tiġi ffirmata mill-ġenituri, fil-preżenza ta’ xhud li għandu jkun kompletament konxju mill-identità tal-ġenituri.

Niżżel il-Formola

Formola tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa

Niżżel il-Formola

Kopertura tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa

Niżżel il-Kopertura

Dikjarazzjoni għas-Sottomissjoni tal-Applikazzjoni għaċ-Ċittadinanza

Niżżel id-Dikjarazzjoni

Dikjarazzjoni ta' Dipendenza

Niżżel id-Dikjarazzjoni

Dikjarazzjoni ta' Relazzjoni De-Facto

Niżżel id-Dikjarazzjoni

Formoli t’Applikazzjoni għall-Eliġibilità u Ċittadinanza

Formoli R u R1

Dawn il-formoli jinkludu dikjarazzjonijiet magħmula mill-applikant prinċipali fl-Istadju tal-Eliġibiltà (Formola R) u sussegwentement fl-Istadju taċ-Ċittadinanza (Formola R1). Fil-Parti A tal-formoli, l-applikant prinċipali jinħtieġ jindika d-dipendenti tiegħu/tagħha li se jkunu qed jissottomettu applikazzjoni taħt ir-regolamenti.

Niżżel il-Formola R

Niżżel il-Formola R1

Formoli S u S1

Dawn il-formoli jinkludu dikjarazzjonijiet magħmula minn kwalunkwe dipendent adult li jifforma parti mill-applikazzjoni, inkluż il-konjugu/a. Il-Formola S għandha timtela fl-Istadju tal-Eliġibiltà, filwaqt li l-Formola S1 fl-Istadju taċ-Ċittadinanza. L.S. 188.06 tispeċifika min jista’ jiġi kkunsidrat bħala “dipendenti.”

Niżżel il-Formola S

Niżżel il-Formola S1

Formola T

Din il-formola għandha timtela f’isem minuri fl-Istadju taċ-Ċittadinanza.

Niżżel il-Formola

Formola PDFEE

Il-Formola PDFEE tinħtieġ fil-każ tal-applikanti kollha, u jekk applikabbli, kwalunkwe benefattur. L-applikanti jinħtieġu jissottomettu informazzjoni u dokumentazzjoni rigward il-membri tal-familja tagħhom, kif ukoll informazzjoni pertinenti rigward l-edukazzjoni u l-impjieg tagħhom.

Niżżel il-Formola

Formola SSFW

Il-formola tintuża biex jiġi ddikjarat id-dħul, il-valur nett, is-sors tal-fondi u l-ġid tal-applikant prinċipali u kwalunkwe benefattur (fejn applikabbli). Adult dipendenti, bħall-konjugu/a, j/tista’ j/tintalab j/timla l-Formola SSFW ukoll jekk j/tidher li j/tikkontribwixxi għad-dħul u l-ġid globali tal-applikant prinċipali.

Niżżel il-Formola

Formola PSC

L-applikanti kollha jridu jissottomettu l-Formola PSC. Tinħtieġ b’rabta mal-identifikazzjoni tal-applikant u trid tkun iċċertifikata minn avukat, nutar pubbliku jew minn konsulari Malti jew diplomatiku Malti, b’liċenzja xierqa kif applikabbli. L-awtentikazzjoni taċ-ċertifikatur tinħtieġ fejn hemm bżonn ukoll.

Niżżel il-Formola

Formola MRQ

L-applikanti kollha jinħtieġu jissottomettu l-Formola MRQ. Il-formola fiha informazzjoni dwar l-istat ta’ saħħa tal-applikant. Il-formola tinkludi taqsima li trid timtela mit-tabib eżaminatur.

Niżżel il-Formola

Dikjarazzjoni ta’ Affiljazzjonijiet Kummerċjali u Korporattivi

Din id-dikjarazzjoni sservi biex tiffaċilita l-provvista t’informazzjoni li tappartjeni għall-affiljazzjonijiet kummerċjali tal-applikant. Tista’ tintuża bħala dokument komplementari li jipprovdi informazzjoni addizzjonali biex jissupplimenta d-dettalji ppreżentati fil-Formola SSFW Parti C.

Niżżel id-Dikjarazzjoni

Dikjarazzjoni tal-Ġurisdizzjoni ta’ Residenza tat-Taxxa

L-Aġenzija tirrikjedi li kull applikant li jifforma parti mill-applikazzjoni u huwa responsabbli li jħallas it-taxxa jiffirma dikjarazzjoni li telenka b’mod ċar il-ġurisdizzjonijiet kollha fejn l-individwu/i huwa/huma residenti tat-taxxa.

Niżżel id-Dikjarazzjoni

Formola għad-Dikjarazzjoni Annwali ta’ Konformità

Din il-formola trid timtela mill-aġent liċenzjat u mill-applikant ewlieni, u tiġi sottomessa lill-Aġenzija fuq bażi annwali għall-ħames snin ta’ wara mid-data taċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza.

Niżżel il-Formola


Aġġornata l-Aħħar 01/11/2023

Aġġornata l-Aħħar 22/02/2023

Diliġenza Dovuta

L-Aġenzija toqgħod attenta għal kull element fil-proċess tal-applikazzjoni, b’enfasi partikolari fuq id-diliġenza dovuta. Il-proċess li ġie żviluppat u adottat mill-Aġenzija ġabar bosta reċensjonijiet internazzjonali pożittivi. Dan huwa r-riżultat t’approċċ moħħ miftuħ u l-iżvilupp kontinwu ta’ proċessi interni biex jiġi żgurat li l-applikanti leġittimi biss jirnexxielhom jakkwistaw ċ-ċittadinaza Maltija permezz tar-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali (L.S. 188.06). Il-kwalità li tgħodd u mhux il-kwantità – li tattira t-talent li kapaċi jżid il-valur tal-pajjiż.

Fl-aħħar mill-aħħar, dan huwa dak li jrid kull ċittadin, dak li jrid kull nazzjon u dak li jrid kull applikant ta’ standards morali għoljin. L-individwi mhux se jħossuhom komdi jafu li s-sigurtà personali tagħhom hija kompromessa, jew li ma jistgħux jinnegozzjaw kif mixtieq. Jibbenefika lilna, iżda jibbenefika lill-applikant ukoll. Applikazzjoni waħda ħażina tista’ tipperikola l-industrija kollha.

Ir-Regolamenti huma infurzati bi proċess tad-diliġenza dovuta mifrux fuq erba’ livelli, li huwa meqjus bħala l-aktar strett, u tal-ogħla standard, fl-industrija.

L-Ewwel Livell

Jitwettaq il-KYC standard tad-diliġenza dovuta kemm mill-Aġenzija kif ukoll mill-Aġent permezz ta’ databases bħal World-Check.

It-Tieni Livell

Tinkiseb awtorizzazzjoni mill-Awtoritajiet tal-Pulizija wara verifiki bir-reqqa grazzi għal bosta databases, bħal tal-Interpol, tal-Europol u oħrajn. Kwalunkwe kwistjoni riżultanti f’dan l-istadju tiġi rrappurtata lura lill-Aġenzija. Ta’ min jinnota li kwalunkwe applikant jew dipendenti ta’ Ċittadin ta’ Pajjiż Terz (TCN) li jeħtieġ viża biex ikun jista’ jżur Malta, u għalhekk jidħol fiż-żona Schengen, jgħaddi mill-proċeduri standard t’applikazzjoni għal viża ta’ Schengen.

It-Tielet Livell

Dan il-livell jitwettaq mill-assessuri tal-Aġenzija. L-assessuri għandhom sfond bankarju u t’awditjar, u jirċievu taħriġ kontinwu fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

L-ewwel titwettaq verifika għall-kompletezza u għall-korrettezza tal-applikazzjoni. Dan jidentifika xi anomaliji fil-formola li jaf jesponu xi riskju/i potenzjali. Kull tip ta’ dokumentazzjoni addizzjonali sottomessa lill-Aġenzija tiġi ċċekkjata biex jiġi żgurat li tkun imtliet korrettament u li d-dokumenti jiġu sottomessi fil-format xieraq, tradotti korrettament, u appillati jew iċċertifikati b’nutar skont il-każ. F’każ ta’ dokumenti nieqsa, f’format ħażin, jew jiġu identifikati xi żbalji, issir talba għal sottomissjoni mal-aġent li jkun qed jirrappreżenta lill-applikant għaċ-ċittadinanza Maltija, u l-proċess tal-applikazzjoni jitwaqqaf sakemm kollox ikun kif meħtieġ.

Dan l-istadju jinkludi wkoll verifiki ma’ databases reputabbli, li jinkludu tfittxijiet għal sanzjonijiet internazzjonali maġġuri, u listi t’individwi magħrufa u miċħuda.

Is-sorsi tal-fondi u l-ġid huma riveduti f’dan l-istadju wkoll biex jiġi żgurat li tkun sottomessa biżżejjed informazzjoni u dokumentazzjoni supplementari.

Ir-Raba’ Livell

Jiġu kkommissjonati żewġ rapporti tad-diliġenza dovuta minn kumpaniji internazzjonali ’l barra mill-Aġenzija fuq kull aplikazzjoni biex issir tfittxija iktar fil-fond u għalhekk jinkixfu kemm jista’ jkun dettalji. Dawn il-kontrolli jinkludu verifika tal-informazzjoni kollha sottomessa, verifiki ma’ databases, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, f’kull pajjiż ta’ residenza tal-persuni taħt applikazzjoni, u anke intervisti diskreti m’individwi fuq il-post li jafu l-persuni taħt applikazzjoni.

Darba jitlestew dawn il-proċessi, l-assessuri jirrevedu l-informazzjoni kollha miġbura kemm internament kif ukoll esternament u jitħejja rapport ta’ valutazzjoni tar-riskju intern abbażi ta’ matriċi tar-riskju żviluppata mill-Aġenzija stess biex tistandardizza l-proċess u tiżgura li kull applikazzjoni tiġi pproċessata b’mod komprensiv. Madanakollu, dan jista’ jqajjem aktar mistoqsijiet x’jitwieġbu mill-applikant tramite l-aġent biex jiġu kkjarifikati l-osservazzjonijiet. L-assessur jista’ jdur mill-ġdid lejn il-kumpaniji tad-diliġenza dovuta biex jieħu l-opinjonijiet/l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-mistoqsijiet imressqa lilll-applikant. Dan jippermetti lill-assessur jiffinalizza r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju.

Sussegwentement, l-applikazzjonijiet jiġu ppreżentati quddiem il-bord tal-Aġenzija fejn waqt din il-laqgħa tittieħed deċiżjoni kollettiva dwar x’rakkomandazzjoni ser titressaq lill-Ministru responsabbli għaċ-Ċittadinanza. Id-deċiżjoni finali tal-Ministru tiġi kkomunikata lill-aġent permezz t’Ittra t’Approvazzjoni fil-Prinċipju jew Ittra ta’ Rifjut.

L-impjegati kollha li jaħdmu fit-taqsima tad-diliġenza dovuta jmorru għal kors fuq il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu biex ikollhom għarfien aħjar ta’ dak li hu mistenni minnhom. Barra minn hekk, l-impjegati f’din it-taqsima kollha għandhom esperjenza preċedenti jew f’Riskju u Konformità, jew Awditjar.

 

Matriċi tar-Riskju

Il-proċess tad-diliġenza dovuta evolva sostanzjalment matul l-aħħar snin. L-Aġenzija żviluppat matriċi tar-riskju interna, li tiżgura li kull applikazzjoni tkun qed tiġi eżaminata bir-reqqa b’mod konsistenti, u li d-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod sistematiku u trasparenti. Il-matriċi għandha seba’ kategoriji, u kull applikazzjoni tiġi ttrattata b’mod simili mingħajr devjazzjonijiet.

Identifikazzjoni u Verifika

L-identifikazzjoni u l-verifika hija l-ewwel kategorija tal-matriċi tar-riskju li tħares lejn kif l-identità tal-applikanti ġiet stabbilita u vverifikata, filwaqt li tikkunsidra l-pajjiżi kollha li l-applikanti għexu fihom matul l-għaxar snin qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

Affiljazzjonijiet Kummerċjali u Korporattivi

It-tieni kategorija tittratta l-affiljazzjonijiet kummerċjali u korporattivi tal-applikant u tieħu inkonsiderazzjoni r-rabtiet ma’attività/jiet, ġurisdizzjonijiet u industriji offshore.

Persuni Politikament Esposti (PEPs)

Kategorija għaliha hija fejn l-applikanti huma persuni politikament esposti (PEPs) u jinsabu jew kienu xi darba fuq listi ta’ sanzjoni jew ta’ sorveljanza.

Sors ta’ Fondi u Sors ta’ Ġid

Ir-raba’ kategorija tal-matriċi tar-riskju, li llum tgawdi mill-attenzjoni l-iktar sinnifikanti tal-proċess tad-diliġenza dovuta, tħares lejn kif il-persuni taħt applikazzjoni akkumulaw il-ġid tagħhom, u minn fejn oriġinaw il-fondi għall-finanzjament tal-applikazzjoni. Il-valutazzjoni tar-riskju taħt din il-kategorija tenfasizza b’iktar saħħa fuq l-evidenza ddokumentata, b’xi drabi tidħol f’informazzjoni estremament dettaljata bħal rendikonti bankarji, statuti t’assoċjazzjoni, reġistri t’ishma u strumenti t’inkorporazzjoni, kopji attestati ta’ kuntratti, u transazzjonijiet, fost oħrajn. Riskji t’evażjoni tat-taxxa jittieħdu inkonsiderazzjoni wkoll.

Reputazzjoni

Ir-reputazzjoni tal-applikanti tikkostitwixxi l-ħames kategorija tal-matriċi għall-valutazzjoni tar-riskju, filwaqt li tqis ir-reputazzjoni ġenerali osservata permezz tal-OSINT, tar-rapporti u intelligence fuq il-post.

Kwistjonijiet Legali u Regolatorji

Stabbilejna sitt kategorija li tiffoka fuq kwistjonijiet legali u regolatorji b’fatturi ta’ riskju inkrementali bbażati fuq kwalunkwe akkuża jew kundanna għal reati kriminali jew ċivili, inklużi multi f’intervall inkrementali.

Impatt Relattiv fuq in-Network Immedjata tal-Applikant Prinċipali

Is-sitt kategoriji ta’ riskju msemmija s’issa huma kategoriji li normalment jiġu analizzati fis-settur finanzjarju. Madanakollu, is-seba’ kategorija nħolqot apposta għall-industrija tar-R/ĊBI u tikkonsisti f’analiżi tal-attivitajiet tal-applikant prinċipali u l-impatt relattiv fuq in-netwerk immedjata tiegħu/tagħha u s-soċjetà inġenerali. Dan biex jiġi żgurat li jinkixfu kemm jista’ jkun dettalji u biex it-tim ikun jista’ jkopri kwalunkwe dettall inċidentali, li jitqies essenzjali u li ma ġiex kopert minn ebda waħda mill-kategoriji l-oħra ta’ qabel.

L-informazzjoni kollha meħtieġa għall-ipproċessar u għad-diliġenza dovuta t’ applikazzjoni trid tiġi sottomessa, u m’hemmx lok għal negozjati jew deċiżjonijiet ad hoc. Id-dettalji tal-applikanti kollha huma sottomessi wkoll lill-Unità tal-Intelliġenza u l-Analiżi Finanzjarja (FIAU) għal trasparenza sħiħa.

Deċiżjonijiet fi ħdan l-Aġenzija huma ddokumentati u sostanzjati bir-raġunament meħtieġ, u ffirmati mill-persuna responsabbli, biex jiġu żgurati t-trasparenza u r-responsabiltà.


Aġġornata l-Aħħar 04/11/2021

Mistoqsijiet Frekwenti

Ħlasijiet tad-diliġenza dovuta

Ħlasijiet tad-diliġenza dovuta huma applikabbli għal persuni li għandhom aktar minn 12-il sena.

 

Ineliġibiltà

Applikanti li huma ċittadini ta’ jew għandhom rabtiet mill-qrib mal-pajjiżi elenkati hawn taħt mhumiex eliġibbli biex japplikaw taħt ir-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali (S.L. 188.06). Dawn il-pajjiżi huma: l-Afganistan, il-Kongo, l-Iran, il-Korea ta’ Fuq, is-Somalja, is-Sudan t’Isfel, is-Sudan, is-Sirja, il-Venezwela, u l-Jemen.

L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li taġġorna l-lista ta’ pajjiżi pprojbiti minn żmien għal żmien, li tiġi kkomunikata mal-Aġenti kollha liċenzjati taħt ir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Aġenti (S.L. 188.05).

 

Data tal-bidu għall-perjodu ta’ residenza

Id-data tal-bidu għall-perjodu ta’ residenza għandha tkun id-data tal-ħruġ tal-karta tar-residenza. Jekk aktar minn persuna waħda qed tapplika taħt l-istess applikazzjoni, id-data tal-bidu tkun tal-persuna li nħarġilha l-aħħar permess ta’ residenza.

Id-dipendenti adulti kollha li jixtiequ japplikaw għaċ-ċittadinanza taħt ir-Regolamenti għandhom ikollhom permess ta’ residenza għall-perjodi meħtieġa.

 

Dikjarazzjoni ta’ liema rotta l-applikant jixtieq jieħu

L-applikant għandu jiddikjara jekk għandux l-intenzjoni jieħu r-rotta tat-3 snin jew dik ta’ sena meta japplika għall-permess ta’ residenza.

 

Żieda ta’ dipendenti ġodda

L-applikazzjoni tittieħed bħala finali meta tiġi sottomessa l-applikazzjoni għall-Eliġibiltà u l-EPRV jitħallas kif xieraq. It-trabi li jitwieldu wara dik id-data biss jistgħu jiżdiedu, u dan qabel ma jittieħed il-Ġurament ta’ Lealtà.

 

Ġurament ta’ Lealtà

Il-Ġurament ta’ Lealtà irid jittieħed mill-adulti kollha u għandu jsir personalment f’Malta.

 

Konnessjonijiet ma’ Malta

Applikanti prospettivi jinħtieġu li jkunu fiżikament f’Malta u joħolqu konnessjonijiet matul il-perjodu ta’ residenza. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu sodisfatti billi tingħata prova ddokumentata. Jinħtieġ li l-applikant jippreżenta l-proposta tiegħu lill-Aġenzija dwar kif beħsiebu joħloq dawn il-konnessjonijiet meta jippreżenta l-applikazzjoni għall-eliġibiltà.

 

Ħlasijiet

Talbiet għall-ħlas għandhom dejjem isiru fi transazzjoni waħda u mhux maqsuma fi transazzjonijiet multipli. Ħlasijiet għall-permess ta’ residenza għandhom isiru mill-Aġent, filwaqt li l-applikazzjonijiet għall-eliġibilità u għaċ-ċittadinanza għandhom isiru mill-applikant permezz tal-kont bankarju personali tiegħu.

 

Liċenzji

Persuna tista’ taġixxi bħala aġent liċenzjat f’isem persuna legali waħda biss.

 

Database tad-Diliġenza Dovuta

L-aġenti għandhom juru permezz t’evidenza dokumentata li għandhom aċċess sħiħ għal database rikonoxxuta tad-diliġenza dovuta.

 

Tiġdid ta’ karti tar-residenza

Il-karti tar-residenza jiġġeddu darba biss wara l-ewwel perjodu ta’ tliet snin.

 

Applikazzjoni għaċ-ċittadinanza

Applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jistgħu jiġu sottomessi wara li l-perjodu ta’ residenza stipulat ikun tlesta mill-persuni kollha taħt applikazzjoni.


Aġġornata l-Aħħar 07/10/2022
Let Us Assist You
Help Us Improve Our Information
Your Europe
Help Us Improve Our Procedure
Report An Obstacle