Termini tal-Użu

It-Termini tal-Użu (it-Termini) li ġejjin jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni mpoġġija fuq dan is-Sit Web (is-Sit), filwaqt li jistabbilixxu l-bażi li fuqha tista’ tagħmel użu mis-Sit. Jekk jogħġbok, aqra dawn it-Termini sew qabel ma tipproċedi biex tagħmel użu mis-Sit, billi l-użu kontinwu tiegħu huwa ekwivalenti għall-qbil tiegħek ma’ dawn it-Termini.

Jekk ma taqbilx ma’ dawn it-Termini, jekk jogħġbok tużax dan is-Sit.

Grazzi talli għoġbok iżżur is-Sit tagħna.

Aċċess għas-Sit

Aċċess għas-Sit jista’ jseħħ mingħajr ma jiddaħlu xi kredenzjali, u huwa permess fuq bażi temporanja. L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li tissospendi, tirtira, twaqqaf, jew timmodifika kwalunkwe parti tas-Sit mingħajr avviż minn qabel (ara Bidliet għas-Sit hawn taħt). L-użu kontinwu tas-Sit wara l-implimentazzjoni tal-bidliet ifisser li l-bidliet ġew aċċettati u maqbula.

Aħna se nagħmlu ħilitna biex niżguraw li s-Sit ikun disponibbli 24 siegħa kuljum, 7-ijiem fil-ġimgħa. Madanakollu, m’aħniex responsabbli jekk is-Sit ma jkunx disponibbli fi kwalunkwe ħin jew għal kwalunkwe perjodu.

Meta tagħmel użu mis-Sit, l-informazzjoni fih trid tiġi ttrattata bl-akbar attenzjoni u kunfidenza. Għandek toqgħod lura milli taġixxi bi ksur tat-taqsima Użi Projbiti ta’ dawn it-Termini. Il-persuni kollha li jaċċessaw is-Sit permezz tal-istess konnessjoni tal-internet tiegħek għandhom ikunu konxji ta’ dawn it-Termini, u jikkonformaw magħhom.

Użi Pprojbiti

Is-Sit jista’ jintuża biss għal skopijiet leġittimi u ma jistax jintuża:

  • B’ebda mod li jikser kwalunkwe liġi jew regolament applikabbli;
  • B’ebda mod li huwa illegali jew frodulenti, jew li għandu kwalunkwe għan jew effett illegali jew frodulenti;
  • B’ebda mod li jista’ jikser id-drittijiet tagħna jew id-drittijiet ta’ partijiet terzi;
  • Biex tibgħat, tittrażmetti jew ixxerred kwalunkwe informazzjoni dwar jew permezz tas-Sit li hija oxxena, difamatorja jew b’xi mod perikoluża;
  • Biex tikseb jew tipprova tikseb aċċess mhux awtorizzat għas-Sit;
  • Biex b’xi mod tbiddel, tħassar jew tinterferixxi mas-Sit;
  • Biex b’mod konxju tittrasmetti kwalunkwe data, tibgħat jew ittella’ kwalunkwe materjal li fih virus, Trojan horses, worms, time-bombs, keystroke loggers, spyware, adware jew kwalunkwe programmi jew kodiċijiet tal-kompjuter simili oħrajn, imfassla biex jaffettwaw b’mod ħażin il-ħidma ta’ kwalunkwe software jew hardware tal-kompjuter;
  • Biex tipprova tikseb aċċess mhux awtorizzat għal kwalunkwe parti jew funzjonalità tas-servizzi, jew kwalunkwe sistemi jew networks oħra mqabbda mas-servizzi jew ma’ kwalunkwe server tal-Gvern ta’ Malta, jew għal kwalunkwe servizz offrut fuq jew permezz tas-Sit, permezz ta’ hacking, password mining jew kwalunkwe mezzi illeġittimi oħrajn;
  • Biex tistħarreġ, tiskennja jew tittestja l-vulnerabilità tas-Sit, inklużi s-servizzi jew kwalunkwe network imqabbdin mas-Sit, u lanqas biex tikkomprometti l-miżuri ta’ sigurtà jew t’awtentikazzjoni tas-Sit, inklużi s-servizzi jew kwalunkwe network imqabbdin mas-Sit;
  • Biex tagħmel reverse look-up, titraċċa jew tipprova titraċċa s-sors ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar kwalunkwe persuna oħra li żżur is-Sit, jew kwalunkwe klijent ieħor tal-Gvern ta’ Malta, inkluż kwalunkwe kont tas-servizzi li mhux proprjetà tiegħek jew li tisfrutta s-Sit jew kwalunkwe servizz jew informazzjoni disponibbli jew offruta minn jew permezz tas-Sit, bi kwalunkwe mod, fejn l-għan huwa li tiżvela kwalunkwe informazzjoni, li tinkludi iżda mhux limitata għal identifikazzjoni jew informazzjoni personali, minbarra l-informazzjoni tiegħek stess, kif ipprovdut permezz tas-Sit jew kwalunkwe servizz ipprovdut permezz tas-Sit;
  • Biex toħloq headers jew inkella timmanipula l-identifikaturi sabiex taħbi l-oriġini ta’ kwalunkwe messaġġ jew trażmissjoni li tibgħat lill-Gvern ta’ Malta fuq jew permezz tas-Sit jew kwalunkwe servizz offrut fuq jew permezz tas-Sit. Int ma tistax tippretendi li int xi ħadd ieħor, li tirrappreżenta lil ħaddieħor, jew timpersonifika lil kwalunkwe persuna jew entità oħra sakemm ma tkunx awtorizzat.

Aħna nirriżervaw id-dritt li niżvelaw kwalunkwe informazzjoni personali tiegħek lil kwalunkwe awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi f’każ ta’ ksur tal-paragrafu preċedenti u/jew meta niddeterminaw li l-liġi applikabbli teħtieġ jew tippermetti tali żvelar.

Meta tuża s-Sit, taqbel ukoll li:

  • ma tirripproduċix, tiddupplikax, tikkopjax jew tbigħ kwalunkwe parti mis-Sit bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dawn it-Termini;
  • ma taċċessax mingħajr awtorità, ma tinterferixxix, ma tagħmilx ħsara jew ma tinterrompix:
    1. kwalunkwe parti mis-Sit;
    2. kwalunkwe tagħmir jew network li fuqu s-Sit huwa miżmum;
    3. kwalunkwe software użat fil-provvista tas-Sit; jew
    4. kwalunkwe tagħmir, network jew software li huwa użat minn, jew li huwa l-proprjetà ta’ xi parti terza;
  • ma tuża l-ebda “page-scrape”, “robot”, “spider” jew kwalunkwe apparat awtomatiku, programm, algoritmu, metodoloġija jew kwalunkwe proċess manwali simili jew ekwivalenti biex taċċessa, takkwista, tikkopja jew tissorvelja kwalunkwe porzjon tas-servizzi jew kwalunkwe kontenut ipprovdut permezz ta’ dan is-Sit jew b’xi mod tirripproduċi jew iddur mal-istruttura tan-navigazzjoni jew mal-preżentazzjoni tas-servizzi jew kwalunkwe kontenut biex tikseb jew tipprova tikseb xi materjali, dokumenti jew informazzjoni permezz ta’ mezzi magħmula disponibbli fuq is-Sit b’mod mhux intenzjonali. Aħna nirriżervaw id-dritt li nipprojbixxu kwalunkwe tip t’attività bħal din;
  • ma tieħu l-ebda azzjoni li timponi piż mhux raġonevoli u sproporzjonalment kbir fuq l-infrastruttura tas-Sit jew is-sistemi jew in-networks tal-Gvern ta’ Malta jew kwalunkwe sistemi jew networks li huma konnessi mas-Sit.
  • ma tuża l-ebda apparat, software jew rutina li tinterferixxi jew li tipprova tinterferixxi mal-ħidma xierqa tas-Sit, inklużi s-servizzi, jew kwalunkwe tranżazzjoni mwettqa fuq is-Sit ma’ kwalunkwe persuna jew entità oħra li tuża s-Sit jew is-servizzi.
  • l-Aġenzija tista’, fid-diskrezzjoni unika tagħha u mingħajr avviż minn qabel, ittemm l-aċċess tiegħek għas-Sit, għal raġuni, li tinkludi iżda mhux limitata għal:
    1. Talbiet minn entitajiet tal-infurzar tal-liġi jew entitajiet governattivi oħrajn;
    2. Talba minnek;
    3. Twaqqif jew modifikazzjoni materjali tas-Sit jew kwalunkwe servizz offrut fuq jew permezz tas-Sit;
    4. Kwistjonijiet jew problemi tekniċi mhux mistennija.

Ħoloq għal Siti Oħrajn

L-Aġenzija tista’ tipprovdi ħoloq għal siti u riżorsi ta’ partijiet terzi, liema ħoloq huma pprovduti għall-informazzjoni tiegħek biss. M’għandna l-ebda kontroll fuq il-kontenut jew ir-riżorsi pprovduti fih u ma naċċettaw l-ebda responsabiltà għal kwalunkwe telf jew ħsara li tista’ tbati mill-użu tagħhom.

Ħoloq għal das-Sit

Tista’ tipprovdi ħoloq għal dan is-Sit, sakemm tagħmel dan b’mod ġust u legali u ma tapprofittax minnhom jew tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tagħna, iżda ma tistax tpoġġi ħolqa b’tali mod li tissuġġerixxi xi forma t’assoċjazzjoni jew approvazzjoni min-naħa tagħna fejn ma jkun hemm l-ebda. Aħna nirriżervaw id-dritt li nirtiraw il-permess tal-ħoloq mingħajr avviż.

Ritratti tas-Sit ma jistgħux jiġu riprodotti fuq kwalunkwe sit ieħor.

Sigurtà

L-Aġenzija ħadet ħsieb tiżgura u żżomm l-ogħla livell ta’ sigurtà possibbli. Madankollu, aħna m’aħniex responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu kkawżat minn attakki ta’ distributed denial-of-service, viruses jew materjal teknoloġiku ieħor li jista’ jinfetta u jagħmel ħsara lill-apparat tal-kompjuter tiegħek, il-programmi tal-kompjuter, id-data jew materjal ieħor li inti proprjetarju tiegħu b’riżultat tal-użu tiegħek tas-Sit jew it-tniżżil ta’ kwalunkwe materjal ippubblikat fuqu jew fuq kwalunkwe sit ieħor b’ħolqa għalih.

Affidanza fl-Informazzjoni Mtellgħa

Kummentarju, informazzjoni u materjal ieħor fuq is-Sit mhumiex intenzjonati bħala parir li għandek tiddependi minnu. Għalhekk, aħna niċħdu kull obbligu u responsabbiltà li tirriżulta minn kwalunkwe dipendenza bbażata fuq materjali bħal dawn minn kwalunkwe viżitatur tas-Sit, jew minn kull min jista’ jkun infurmat bi kwalunkwe kontenut tiegħu.

Bidliet fis-Sit

Aħna nimmiraw li naġġornaw dan is-Sit b’mod regolari u nistgħu nbiddlu l-kontenut fih fi kwalunkwe ħin. Jekk ikun hemm bżonn, nistgħu nissospendu l-aċċess għas-Sit, jew nagħlquh indefinittivament. Kwalunkwe materjal ta’ fuq is-Sit jista’ ma jkunx għadu validu fi kwalunkwe mument, u aħna m’għandna l-ebda obbligu li naġġornaw dan il-materjal.

Limitazzjoni ta’ Responsabbiltà

Il-materjal li jidher fuq is-Sit huwa pprovdut mingħajr l-ebda garanzija jew kundizzjonijiet fir-rigward tal-eżattezza tiegħu. Sa fejn huwa permess mil-liġi, flimkien mal-kontributuri identifikati (inklużi l-entitajiet fi ħdan il-Gvern ta’ Malta) u l-partijiet terzi konnessi magħna, hawnhekk neskludu espressament:

  • Il-kundizzjonijiet kollha, il-garanziji u t-termini l-oħra li nkella jistgħu jiġu implikati mil-liġi.
  • Kwalunkwe responsabbiltà għal kwalunkwe telf jew ħsara diretta, indiretta jew konsegwenzjali mġarrba minn kwalunkwe utent b’konnessjoni mas-Sit jew b’konnessjoni mal-użu, l-inabilità tal-użu, jew ir-riżultati mill-użu tas-Sit, kwalunkwe sit marbut miegħu u kwalunkwe materjal ippubblikat fuqu, inkluża, mingħajr limitazzjoni, kwalunkwe responsabbiltà għal: telf ta’ dħul jew qliegħ; telf ta’ negozju; telf ta’ profitti jew kuntratti; telf ta’ tfaddil antiċipat; telf ta’ data; telf t’avvjament; ħin tal-ġestjoni jew tal-uffiċċju mitluf; u kwalunkwe telf jew ħsara ta’ kwalunkwe tip, kull kif jirriżulta, kemm jekk huwa kkawżat minn tort (inkluża n-negliġenza), ksur ta’ kuntratt jew b’kwalunkwe mod ieħor, anke jekk ikun prevedibbli.

Dan ma jaffettwax ir-responsabbiltà tagħna għal kwalunkwe responsabbiltà oħra li ma tistax tiġi eskluża jew limitata taħt il-liġi applikabbli.

Ċaħda ta’ Garanziji

Il-kontenut tas-Sit huwa pprovdut mingħajr ebda garanzija jew assigurazzjoni. Niddikjaraw u int tirrikonoxxi li l-garanziji u l-kundizzjonijiet kollha implikati huma esklużi sal-limitu massimu permess mil-liġi. Għandek tinnota b’mod partikolari li s-servizzi pprovduti permezz tas-Sit:

  • mhumiex maħsuba biex jikkostitwixxu dikjarazzjoni definittiva jew kompleta tal-liġi dwar kwalunkwe suġġett;
  • mhumiex maħsuba biex jikkostitwixxu parir legali jew professjonali fi kwalunkwe sitwazzjoni speċifika;
  • ma jimpenjawx lill-Aġenzija għal kwalunkwe obbligu, ikun xi jkun;
  • jinkludu informazzjoni u riżorsi arkivjati, li jistgħu jkunu skorretti jew skaduti;
  • u l-mezzi tagħna biex inwassluhom jistgħu jkunu inkompatibbli mas-software jew il-konfigurazzjoni tal-kompjuter tiegħek; u
  • jistgħu jinbidlu jew jiġu rtirati parzjalment jew kompletament permezz tas-Sit għad-diskrezzjoni tagħna.

Varjazzjonijiet

Fil-kuntest ta’ bidliet kontinwi fuq is-Sit, fil-liġijiet u fin-natura tat-teknoloġija, nistgħu nirrevedu dawn it-Termini minn żmien għal żmien billi nemendaw din il-paġna. F’dan ir-rigward, inti mħeġġeġ tiċċekkja din il-paġna ta’ spiss u tieħu nota ta’ kwalunkwe tibdil li jkun sar. Uħud mid-dispożizzjonijiet li jinsabu f’dawn it-Termini jistgħu jiġu sostitwiti wkoll minn dispożizzjonijiet jew avviżi ppubblikati xi mkien ieħor fuq dan is-Sit.

Dikjarazzjoni t’Aċċessibiltà

 

 

 

 

 

 

 

Din id-dikjarazzjoni tapplika għas-Sit uffiċjali ta’ Aġenzija Komunita Malta (l-Aġenzija) fuq www.komunita.gov.mt (is-Sit) u ġiet aġġornata l-aħħar f’Ottubru 2021.

Kompatibilità

Is-Sit ġie ddisinjat biex jaħdem mal-aħħar verżjonijiet tal-browsers:

  • Firefox;
  • Google Chrome;
  • Microsoft Edge; u
  • Safari.

Konformità

L-Aġenzija hija impenjata li tiżgura li s-servizzi online tagħha jkunu aċċessibbli b’mod diġitali minn kulħadd. Għandna bażi nazzjonali u globali t’utenti u aħna ddedikati biex intejbu b’mod kontinwu l-esperjenza tal-utenti kollha, b’enfasi partikolari fuq ir-rekwiżiti anti-diskriminatorji speċifikati fl-Att dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b’Diżabilità (Kap 413).

Bħala parti mill-isforzi tagħha, l-Aġenzija taderixxi mal-Web Content Accessibility Guidelines (WCAG) 2.1 Livell AA li jimmappja għal EN 301 549 skont id-Direttiva Ewropea dwar l-Aċċessibilità tal-Web. Id-WCAG jiddefinixxi rekwiżiti għal disinjaturi u żviluppaturi biex itejbu l-aċċessibilità għal persuni b’diżabilità, u jiddefinixxi tliet livelli ta’ konformità: Livell A, Livell AA, u Livell AAA. Ir-riżorsi u l-prodotti online li għandna huma evalwati għall-konformità mal-linji gwida tal-Livell AA tad-WCAG 2.1 kemm manwalment kif ukoll programmatikament. Is-Sit huwa konformi, li tfisser li l-kontenut jikkonforma mal-istandard t’aċċessibbiltà indikat.

Is-Sit huwa mfassal b’tali mod li jaħdem tajjeb u jkun aċċessibbli meta jkun aċċessat b’hardware u software aġġornati kif xieraq. Waqt li l-Aġenzija tirrikonoxxi li l-osservanza waħedha ta’ standards u linji gwida ma tistax tiżgura li prodott ikun aċċessibbli, l-Aġenzija twettaq ukoll evalwazzjonijiet t’użabilità. Nimpenjaw ruħna wkoll li kull fejn hu possibbli nimplimentaw l-aċċessibilità għal sorsi oħrajn t’informazzjoni li huma pprovduti permezz ta’ pjattaformi ta’ partijiet terzi.

Miżuri ta’ Aċċessibilità

Is-Sit ma jużax widgets tat-tipa, tat-tkabbir u u tal-modifika tal-kulur. Dan għaliex nemmnu li din il-funzjonalità hija diġà integrata fil-biċċa l-kbira tal- browsers jew hija disponibbli permezz t’add-ons u plugins differenti li utenti varji huma liberi li jippersonalizzaw għall-bżonnijiet tagħhom. B’riżultat ta’ dan, dawn il-personalizzazzjonijiet tal-utenti arbitrarji huma disponibbli għal ħafna mis-siti, mhux biss għal dak tal-Aġenzija. Sabiex nippermettu dan il-livell t’adattament, aħna nfittxu li nimmassimizzaw il-kompatibilità ma’ dawn il-modifiki tal-utent.

Bħala parti minn u flimkien mal-linji gwida msemmija hawn fuq, is-Sit jimplimenta l-karatteristiċi t’aċċessibilità li ġejjin:

  1. Konsistenza fil-ġerarkija tal-intestatura HTML u fit-tqassim tal-informazzjoni fuq paġni web differenti;
  2. Informazzjoni organizzata f’listi HTML kull fejn applikabbli;
  3. Skritt li jenfasizza l-ħoloq sabiex jipprovdi indikazzjoni viżwali għal utenti esklussivi tat-tastiera;
  4. Titlu tal-immaġni, alt tag u caption kull fejn din l-informazzjoni hija relevanti u utli;
  5. Kuntrasti għoljin bejn il-kuluri li jintużaw għat-test, fejn applikabbli.
  6. Test tal-ħolqa li huwa deskrittiv biżżejjed biex jinforma lill-utent fejn se tieħdu/teħdoha l-ħolqa; u
  7. Ħoloq li jinfetħu f’tabs tal-browser separati meta jintagħżlu.

Kontenut Inaċċessibbli

L-Aġenzija mhix konxja ta’ kontenut speċifiku inaċċessibbli jew kwistjonijiet t’aċċessibilità fuq is-Sit tagħha. F’każ ta’ dan, l-għan tal-Aġenzija huwa li toħloq Pjan Direzzjonali ta’ Rimedjazzjoni ta’ Aċċessibilità (ARR). L-ARR jiddeskrivi l-passi meħtieġa biex jgħin fl-identifikazzjoni ta’ kwistjoni t’aċċessibilità u biex il-prodott ikun konformi mal-EOA, inkluż l-iskeda antiċipata għat-tlestija ta’ dan l-għan.

Jekk tidentifika kontenut bħal dan, ġentilment għarrafna permezz tad-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti hawn taħt.

Feedback u Dettalji ta’ Kuntatt

Inevitabbilment, mhux dejjem se jirnexxilna l-għaliex iktar ma npoġġu servizzi u riżorsi online, iktar jikber iċ-ċans li ma nintebħux b’xi problema. Imma, nibqgħu impenjati li nindirizzaw fil-pront kwalunkwe kwistjoni t’aċċess. Huwa hawn fejn nixtiequ l-għajnuna tiegħek. Jekk ikollok xi diffikultajiet fl-aċċess għas-Sit tagħna jew ikollok xi problema biex tuża kwalunkwe aspett tas-Sit, nixtiequ li tgħarrafna.

Tista’ tikkuntattja lill-Aġenzija fuq:

Aġenzija Komunità Malta
Dar il-Mediterran għall-Konferenzi,
Triq l-Isptar l-Antik, Il-Belt Valletta, Malta. VLT 1645
T: +356 2122 5232 E: [email protected]

Proċedura t’Infurzar

L-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA) hija l-entità responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 t’Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku. Jekk ma tkunx sodisfatt bit-tweġiba tagħna għall-mistoqsija tiegħek dwar l-aċċessibilità tal-ICT, tista’ timla u tissottometti din il-Formola ta’ Ilment dwar l-Aċċessibilità tas-Sit tas-Settur Pubbliku, jew din il-Formola ta’ Ilment tal-Konsumatur f’każ t’ilment formali.

Tista’ tikkuntattja wkoll lill-MCA jew lill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) kif ġej:

Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA)
Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana, Malta. FRN 1913
T: +356 2133 6840

Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD)
G5 Offices, Triq Salvu Psaila, Birkirkara, Malta.
T: +356 2226 7600

Liġi Applikabbli u Ġurisdizzjoni

It-Termini u l-informazzjoni kollha li tidher fuq is-Sit huma rregolati mil-Liġijiet ta’ Malta. F’dan ir-rigward, billi taċċessa jew tqalleb fis-Sit, inti titqies li aċċettajt il-Liġijiet ta’ Malta bħala l-liġi li tirregola l-imġieba u l-operat tas-Sit.

Il-Qrati ta’ Malta għandhom il-ġurisdizzjoni esklussiva fuq kwalunkwe tilwima jew pretensjoni li toriġina minn, jew li hija relatata mas-Sit u t-Termini.

It-Tħassib Tiegħek

Il-kontrollur tad-data huwa l-Aġenzija li l-uffiċċju tagħha jinsab f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Triq l-Isptar l-Antik, Il-Belt Valletta, Malta. VLT 1645

Jekk għandek xi tħassib dwar il-politika tal-privatezza jew kwalunkwe materjal ieħor li jinsab fuq is-Sit, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq kwalunkwe wieħed mid-dettalji mniżżel taħt it-taqsima “Ikkuntattjana” li tidher fuq is-Sit.