Rinunzja taċ-Ċittadinanza
L-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188) jispeċifika li jekk ċittadin/a Malti/ja (li huwa/hija maġġorenni, b’kapaċità mentali f’saħħitha u ċittadin/a ta’ pajjiż barrani wkoll) j/tiddikjara bil-mod preskritt li j/tixtieq j/tirrinunzja ċ-ċittadinanza Maltija, u l-Ministru j/tirreġistra din id-dikjarazzjoni, mela dik il-persuna ma tibqax ċittadina Maltija.
Din il-lista ta’ dokumenti trid tiġi ppreżentata flimkien mad-dikjarazzjoni tar-rinunzja:
-
- Iċ-ċertifikat oriġinali tal-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija (jekk tali ċittadinanza ġiet akkwistata b’reġistrazzjoni jew b’naturalizzazzjoni);
- Evidenza ddokumentata mill-awtoritajiet tal-pajjiż, li tiegħu l-persuna msemmija hija ċittadina, li turi li l-persuna li qed tagħmel id-dikjarazzjoni hija verament ċittadina tiegħu;
- Affidavit/ittra li tiddikjara r-raġuni għaliex il-persuna qed tirrinunzja għaċ-ċittadinanza Maltija tagħha; u
- Kopja ċċertifikata vera tal-paġna tad-dettalji tal-persuna fuq il-passaport.

Formoli u Ħlasijiet Applikabbli
Din l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa ma’ ħlas ta’ €15.
Ħlasijiet oħrajn (jekk applikabbli):
€10 għal kull affidavit maħlufa fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.
€10 għal kull dikjarazzjoni affermata fl-uffiċini ta’ Aġenzija Komunità Malta quddiem persuna awtorizzata taġixxi ta’ Kummissarju għall-Ġuramenti.