Il-Gvern ta’ Malta jinnota l-Opinjoni Motivata tal-Kummissjoni Ewropea
Stqarrija mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza
Il-Gvern Malti jinnota l-Opinjoni Motivata tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskema taċ-Ċittadinanza Maltija b’investiment. Din il-kompetenza hi waħda ta’ natura nazzjonali ta’ kull Stat Membru u hekk għandha tibqa’. Minkejja tali kompetenza, il-Gvern se jibqa’ jagħmel ċert illi ċ-ċittadinanza tingħata lil dawk l-individwi li tassew ikun jistħoqqilhom, filwaqt li jkompli jżomm kuntatt mal-Kummissjoni.
Il-Gvern se jkun qed janalizza l-kontenut tal-imsemmija Opinjoni tal-Kummissjoni u se jintbagħat komunikat lura lill-Kummissjoni Ewropea fiż-żmien li ġej.