Politiki
Politika tal-Cookies
Aġenzija Komunità Malta (l-Aġenzija) hija impenjata li tkun kompletament trasparenti u tipprovdilek l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tal-cookies meta żżur dan is-Sit. Aħna nagħmlu ħilitna biex ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm din l-informazzjoni ma tkunx ipprovduta minnek volontarjament.
X’inhuma cookies?
Cookies huma biċċiet żgħar ta’ data li s-Sit jitlob lill-browser tiegħek biex jaħżinhom bħala text strings fuq il-hard disk tal-kompjuter tiegħek. Il-cookies kollha huma programmati b’dati ta’ skadenza li jiddeterminaw kemm idumu jirrisjedu fil-browser tiegħek. Ġeneralment, il-cookies jistgħu jitneħħew awtomatikament wara li tgħaddi d-data ta’ skadenza jew inkella jistgħu jitħassru manwalment mill-utent.
Liema tipi ta’ cookies jintużaw mis-Sit?
Dan is-Sit jagħmel użu mit-tipi ta’ cookies li ġejjin:
Cookies Analitiċi / Prestazzjonali: dawn il-cookies jgħoddu n-numru ta’ viżitaturi fuq is-Sit u jinnutaw kif jiċċaqalqu minn paġna għall-oħra huma u jużawh.
Cookies Limitati ta’ Partijiet Terzi: dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra ’l barra mill-Aġenzija, u jistgħu jkunu temporanji jew persistenti. L-użu ta’ dawn il-cookies f’dan is-Sit huwa ristrett u permess biss għall-iskop ta’ tixrid (jippermettilek taqsam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta’ siti terzi fuq il-paġni ta’ dan is-Sit.
Cookies Sessjonali: dawn huma cookies temporanji li jintużaw biex jagħtuk aċċess għall-kontenut ta’ dan is-Sit. Dawn it-tipi ta’ cookies jiskadu u jitħassru hekk kif tagħlaq il-browser.
Kif nista’ nħassar jew ineħħi l-cookies?
Jekk il-browser tiegħek MHUX ikkonfigurat biex jimblokka l-cookies kollha jew ċerti cookies awtomatikament, tista’ tikkonfigura l-browser tiegħek manwalment biex jew tirrifjuta l-cookies kollha jew tikkontrolla liema cookies huma ssettjati fuq it-tagħmir tiegħek permezz ta’ dan is-Sit. Tista’ ssib l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar kif tissettja l-konfigurazzjoni meħtieġa billi żżur is-sit https://www.aboutcookies.org.uk/managing-cookies
Li tiddiżattiva l-cookies ta’ dan is-Sit ma jaffettwax l-esperjenza ta’ browsing tiegħek.
Politika tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi
Messaġġi elettroniċi, inkluż posta elettronika jista’ jkun fihom informazzjoni kunfidenzjali maħsuba biss għall-individwi msemmija fil-komunikazzjonijiet.
Jekk m’intix ir-riċevitur intiż ta’ tali informazzjoni, m’għandekx ixxerred, tqassam jew tikkopja l-kontenut tal-messaġġi elettroniċi u tal-posta elettronika. Jekk irċevejt messaġġi elettroniċi jew komunikazzjonijiet bi żball, jekk jogħġbok għarraf lill-mittent immedjatament u eqred il-messaġġ u l-kontenut tiegħu b’mod permanenti.
Is-sigurtà, l-affidabbiltà tal-kunsinna u l-integrità tal-posta elettronika u t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni elettronika ma jistgħux jiġu garantiti minħabba li l-informazzjoni tista’ tiġi modifikata fi tranżitu, jew jista’ jkun fiha xi viruses. Kwalunkwe ħsibijiet jew opinjonijiet imsemmija fil-posta elettronika u komunikazzjonijiet elettroniċi huma biss dawk tal-awtur u mhux neċessarjament jirrappreżentaw dawk tal-Aġenzija Komunità Malta (l-Aġenzija) sal-limitu permess mil-liġi. L-Aġenzija ma taċċetta l-ebda responsabbiltà li tirriżulta minn komunikazzjoni elettronika.
Politika tal-Protezzjoni u ż-Żamma tad-Data
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 586) jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, kemm dik miżmuma f’format elettroniku jew f’format manwali. Aġenzija Komunità Malta (l-Aġenzija) għandha l-għan li tikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif definiti fil-leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.
Skopijiet għall-Ġbir tad-Data
L-Aġenzija tiġbor u tipproċessa informazzjoni sabiex tkun tista’ tonora l-obbligi tagħha skont il-leġislazzjoni preżenti. Id-data kollha tinġabar u tiġi pproċessata skont il-Leġislazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188), l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 595) u l-Leġislazzjoni Sussidjarja tagħhom sabiex jitwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet t’amministrazzjoni pubblika relatati mal-proċess tal-applikazzjonijiet għall-għoti taċ-ċittadinanza f’koperazzjoni m’aġenziji oħrajn tal-Gvern fil-kwistjonijiet kollha relatati maċ-ċittadinanza.
Riċevituri tad-Data
L-informazzjoni personali hija aċċessata mill-impjegati li huma assenjati biex iwettqu l-funzjonijiet tal-Aġenzija. Id-data personali tingħata lill-impjegati tal-Aġenzija u partijiet interessati oħrajn rilevanti kif indikat fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija u l-Leġislazzjoni Sussidjarja tagħha. Id-data personali tista’ tingħata wkoll lil partijiet terzi, biss kif awtorizzat mil-liġi.
Id-Drittijiet Tiegħek
Int għandek dritt tkun taf, mingħajr ħlas, x’tip t’informazzjoni l-Aġenzija, qed iżżomm u tipproċessa dwarek, ir-raġuni għaliex qed iżżomm l-informazzjoni, min għandu aċċess għaliha, kif qed tinżamm u kif qed tinżamm aġġornata, għal kemm żmien qed tinżamm u x’qed tagħmel l-Aġenzija biex tkun konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.
Il-GDPR jistabbilixxi proċedura formali li għandha tintuża f’każ li jsiru talbiet għal aċċess t’informazzjoni mis-suġġetti tad-data. Kull suġġett tad-data għandu d-dritt li jaċċessa kull informazzjoni personali li din l-Aġenzija żżomm dwaru, kemm dik miżmuma f’format elettroniku, kif ukoll dik miżmuma f’format manwali. It-talbiet għal aċċess t’informazzjoni għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu lill-Aġenzija. Mat-talba għandhom jiġu sottomessi d-dettalji t’identifikazzjoni, bħan-numru tal-karta tal-identità, l-isem u l-kunjom. F’każ ta’ diffikultà dwar l-identifikazzjoni tal-persuna, wieħed jista’ jintalab jippreżenta d-dokument t’identifikazzjoni.
L-Aġenzija għandha l-għan li tipproċessa t-talbiet għall-aċċess t’informazzjoni fl-iqsar żmien possibbli u li jiżgura li l-informazzjoni tingħata fi żmien raġonevoli u fi kwalunkwe każ jara li dan isir sa mhux aktar tard minn xahar minn meta tasal it-talba għand l-Aġenzija, sakemm ma jkunx hemm raġuni valida għal aktar dewmien. Meta t-talba għal aċċess ma tkunx tista’ tiġi pproċessata fi żmien raġonevoli, ir-raġuni l-għala, għandha tintbagħat bil-miktub lis-suġġett tad-data. Is-suġġett tad-data se jiġi infurmat f’każ ta’ ksur tad-data personali tiegħu.
Is-suġġett tad-data għandu dritt jitlob li l-informazzjoni tiegħu tiġi emendata jew li ma tintużax f’każ li mhijiex korretta. Is-suġġett tad-data jista’ jitlob ukoll li d-data tiegħu tiġi mħassra.
Jekk applikabbli, dawn id-drittijiet jistgħu jiġu limitati skont il-leġislazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.
F’każ li m’intix sodisfatt bit-tweġiba li ngħatajt għat-talba għal aċċess, tista’ tirreferi l-ilment tiegħek lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu jidhru hawn taħt.
———————————————————————————————————————————————
Żamma tad-Data
Iż-żamma ta’ kategoriji differenti ta’ dokumenti hija rregolata minn rekwiżiti differenti u leġislazzjoni u regolamenti differenti. F’termini ta’ perjodi ta’ żamma, jeħtieġ li jissemma li l-istess perjodu ta’ żamma se japplika kemm għal data f’format elettroniku kif ukoll għal data f’format manwali.
L-iskeda li ġejja tiddeskrivi r-rekwiżiti ta’ żamma għad-diversi kategoriji ta’ dokumentazzjoni fi ħdan l-Aġenzija.
- Data bijografika (inkluż kunjom, isem/ismijiet, nazzjonalità/jiet (mat-twelid u fil-mument tal-mili tal-Applikazzjoni), post tat-twelid, data tat-twelid, stat ċivili, sess u indirizz residenzjali sħiħ f’Malta u barra;
- Dettalji ta’ kuntatt (numru tat-telefon, numru tal-mowbajl u indirizz tal-posta elettronika);
- Dettalji personali li jinsabu fid-dokument(i) tal-ivvjaġġar mehmuża supplementari għall-Applikazzjoni (inkluż it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar, il-pajjiż tal-ħruġ, id-data tal-ħruġ, id-data tal-iskadenza u kopja skannjata tal-paġna tad-data bijografika tad-dokument tal-ivvjaġġar);
- Informazzjoni dwar is-soġġorn f’Malta (inklużi d-data tal-ewwel ċaqliqa għal Malta, it-tul ta’ żmien maħsub tas-soġġorn f’Malta, il-pajjiż ta’ residenza qabel iċ-ċaqliqa f’Malta, il-pajjiż ippjanat għaċ-ċaqliqa sussegwenti);
- Informazzjoni finanzjarja, bħal dikjarazzjonijiet bankarji, bonds u/jew provi oħrajn t’assi finanzjarji li jappartjenu lis-suġġett tad-data supplementari għall-Applikazzjoni;
- Data personali li tinsab fid-Dokument ta’ Residenza maħruġ lis-suġġett tad-data, inkluż in-numru tad-dokument, in-numru tal-Karta tal-Identità Maltija u n-numru tad-dokument;
- Informazzjoni dwar il-familja u d-dipendenti, inklużi d-dettalji personali kollha ta’ dawn tal-aħħar;
- Informazzjoni dwar jekk is-suġġett tad-data wettaqx dmirijiet militari, serviex fil-forzi armati ta’ kwalunkwe pajjiż jew irċeviex xi taħriġ militari, jew kienx parti minn kwalunkwe organizzazzjoni militari u/jew paramilitari oħrajn;
- Informazzjoni dwar l-istorja kriminali tas-suġġett tad-data, partikolarment dwar jekk is-suġġett tad-data qatt: ġiex arrestat, ġiex akkużat, instabx ħati jew inħelisx minn xi reat(i) kontra l-liġi ta’ kwalunkwe pajjiż; ġiex akkużat għal attività illegali ta’ kwalunkwe natura fi kwalunkwe pajjiż; kienx involut, direttament jew indirettament, fil-finanzjament tat-terroriżmu, jew attivitajiet terroristiċi; kienx involut, direttament jew indirettament, ma’ kwalunkwe organizzazzjoni terroristika jew kriminali; kienx taħt investigazzjoni minn kwalunkwe aġenzija tal-infurzar tal-liġi jew awtorità tat-taxxa fi kwalunkwe pajjiż, jekk hux personalment jew bħala direttur ta’ kumpanija;
- Informazzjoni dwar jekk is-suġġett tad-data qatt kienx involut personalment, jew bħala direttur ta’ kumpanija, fi kwalunkwe falliment, insolvenza jew likwidazzjoni;
- Informazzjoni dwar jekk is-suġġett tad-data qatt: ġiex irrifjutat l-ammissjoni fi, jew kienx preżenti illegalment fi, jew ġiex deportat minn, kwalunkwe pajjiż; għenx lil xi ħadd biex jidħol illegalment, ikun preżenti, jew jitlaq minn kwalunkwe pajjiż; ġiex irrifjutat permess ta’ residenza fi kwalunkwe pajjiż; u/jew qatt kellux applikazzjoni għaċ-ċittadinanza rrifjutata fi kwalunkwe pajjiż;
- Informazzjoni dwar jekk is-suġġett tad-data huwiex “Persuna Esposta Politikament” jew le;
- Informazzjoni dwar l-istat ċivili tas-suġġett tad-data;
- Informazzjoni dwar pajjiżi oħrajn fejn is-suġġett tad-data huwa awtorizzat li jirrisjedi temporanjament jew b’mod permanenti;
- Identifikaturi uniċi bħal numri tal-Passaport, tal-Karta tal-Identità u tas-Sigurtà Soċjali;
- Informazzjoni dwar l-għarfien ta’ lingwa/i u l-livell ta’ dan l-għarfien;
- Informazzjoni dwar ix-xogħol u n-negozju tas-suġġett tad-data;
- Dettalji bijografiċi u indirizz residenzjali ta’ missier/ijiet, omm/ijiet, konjugu/a, aħwa u tfal tas-suġġett tad-data;
- Dettalji tal-indirizzi residenzjali tas-suġġett tad-data għall-10 snin ta’ qabel l-applikazzjoni;
- Informazzjoni dwar l-edukazzjoni u l-kwalifiki, inkluż id-diploma/i u/jew il-kwalifika/i miksuba mis-suġġett tad-data u d-dettalji tal-istituzzjoni/ijiet emittenti u l-perjodu ta’ studju;
- Informazzjoni dwar l-impjieg/i tas-suġġett tad-data għall-10 snin ta’qabel l-applikazzjoni, u dwar jekk is-suġġett tad-data kienx impjegat għal rasu jew le fil-mument tal-applikazzjoni, inklużi d-dħul annwali u l-kariga/i;
- Informazzjoni dwar il-valur nett tas-suġġett tad-data;
- Informazzjoni dwar il-kont bankarju miftuħ fuq isem is-suġġett tad-data wżat għall-finijiet tal-applikazzjoni;
- Informazzjoni dwar l-istat tas-saħħa tas-suġġett tad-data kif indikat minn tabib awtorizzat;
- Informazzjoni dwar l-assi miżmuma mis-suġġett tad-data u l-affiljazzjonijiet kummerċjali u korporattivi tas-suġġett tad-data;
- Informazzjoni dwar il-ġurisdizzjoni/jiet fejn is-suġġett tad-data għandu r-residenza tiegħu għal skopijiet ta’ taxxa.
- Data personali li tinsab fil-prova tal-ħlas tas-CRV;
Data li teħtieġ tinqered wara l-iskadenzi speċifikati se tintrema b’mod effiċjenti biex jiġi żgurat li tali informazzjoni ma tibqax disponibbli fi ħdan l-Aġenzija.
Il-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti supplementari sottomessi mill-applikant skont l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija u l-Leġislazzjoni Sussidjarja tagħha se jinżammu b’mod indefinit mid-data tas-sottomissjoni. Kwalunkwe data personali li tappartjeni għall-applikant miġbura u pproċessata mill-Aġenzija bħala parti mill-proċess ta’ diliġenza dovuta, eskluża d-data personali miġbura mill-Aġenzija direttament mill-applikant, ser tinżamm għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tad-deċiżjoni uffiċjali tal-Ministru responsabbli għaċ-Ċittadinanza.
Fejn l-Aġenzija tipproċessa data ta’ diliġenza dovuta skont il-funzjonijiet tagħha, tista’ tirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 20 u l-Artikolu 34 tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data.
———————————————————————————————————————————————
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data jista’ jiġi kkuntattjat fuq:
Aġenzija Komunità Malta
Dar il-Mediterran għall-Konferenzi,
Triq l-Isptar l-Antik, Il-Belt Valletta, Malta. VLT 1645
T: +356 2122 5232 E: dataprotection@komunita.gov.mt
Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data jista’ jiġi kkuntattjat fuq:
Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data
2ni Livell, Airways House
Triq il-Kbira, Tas-Sliema, Malta. SLM 1549
T: +356 2328 7100 E: idpc.info@idpc.org.mt