Malta Tibqa’ l-Ewwel fil-Klassifika Globali

18/03/2021 | Klassifika

Għas-sitt sena konsekuttiva, Malta hija l-aħjar ikklassifikata fid-dinja minn fost il-pajjiżi li joffru ċittadinanza b’investiment, bir-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali (ir-Regolamenti) jiksbu punteġġ ta’ 80 minn 100. Malta hija segwita mill-Awstrija fit-2 post, b’punteġġ ta’ 74, u l-Montenegro fit-3 post, b’punteġġ ta’ 72.

Ir-Regolamenti ġew evalwati minn panel t’esperti indipendenti u distinti — inklużi riċerkaturi akkademiċi ewlenin, ekonomisti, avukati esperti dwar l-immigrazzjoni u ċ-ċittadinanza, u speċjalisti oħra fuq ir-riskju u l-industrija ta’ pajjiż — li ​​kkunsidraw firxa wiesgħa ta’ fatturi qabel ma ħarġu l-konklużjonijiet tagħhom fl-Investment Migration Programs 2021.

Il-Global Citizenship Program Index (GCPI), li permezz tiegħu ġew evalwati r-Regolamenti, huwa kkumplimentat minn analiżi dettaljata ta’ suġġetti interessanti, bħall-impatt tal-Covid-19 kemm fuq skala globali kif ukoll fuq l-industrija tal-migrazzjoni b’investiment, speċifikament it-tendenzi globali tal-migrazzjoni b’investiment, l-ekwità sovrana u l-benefiċċji tat-tkabbir tal-migrazzjoni ekonomika, u n-naturalizzazzjoni ffaċilitata, kif ukoll kwistjonijiet prevalenti u pertinenti bħad-diliġenza dovuta u l-konformità, il-ġestjoni tar-riskju, u t-trasparenza.

L-Aġenzija apprezzat dar-rikonoxximent, u tkompli timpenja ruħha li tkompli tiżviluppa u tadotta standards dejjem ogħla, l-aħjar prattiki u governanza tajba f’dan is-settur.